Monday, December 15, 2008

Hatriet ghal min hu involut



Aleander Balzan
12/14/2008 9:15:25 AM
Ivan Falzon, wiehed minn dawk involuti fix-xibka ta’ spjunagg immexxija mis-segretarju generali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier, fl-ahhar jiem inghata hatriet godda mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi. B’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar it-28 ta’ Novembru 2008 thabbar li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment hatar il-bord tal-Gozo Heliport Limited, li chairman tieghu, il-Ministru Tonio Fenech appunta lil Ivan Falzon.
F’temp ta’ gimgha kien hemm hatra ohra tistenna lil Falzon li is­sa ilu zmien jokkupa karigi importanti f’bordijiet tal-gvern filwaqt li huwa involut ukoll fil-pro­cess elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Din id-darba b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-5 ta’ Di­cembru, Falzon inhatar Chair­man tal-bord li jmexxi l-Malpro Ltd.
Il-Malpro Ltd hija kumpanija sussidjarja ta’ l-Air Malta u hija l-proprjetarjà tal-bini ta’ seba’ sulari f’Londra li jilqa’ fih il-Kummissjoni gholja ghal Malta fir-Renju Unit, il-kumpanija internazzjonali Forbes, il-London & Amsterdam Bank, il-Malta Development Cor­po­ration, il-Malta Financial Services Centre u l-ufficini ta’ l-Air Malta u l-Awtorità Maltija ghat-Turizmu.

1 comment:

Anonymous said...

mhux hekk hux, u uliedna jitilfu x-xoghol.