Owen Galea
12/14/2008 9:03:32 AM
Charmaine Gerada, wahda mill-ufficjali pubblici involuti sa mnifsejha fix-xibka ta’ spjunagg mill-Partit Nazzjonalista fuq cittadini Maltin, intghazlet qabel l-elezzjoni generali biex taghti pariri dwar min fil-Kottonera kellu jiehu post mit-22 appartament li kellu ghad-dispozizzjoni tieghu d-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Socjali.F’Lulju li ghadda, l-Ufficcju tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kkonferma ma’ KullHadd li saret investigazzjoni mill-Pulzija dwar allegat tixhim li sar fi tqassim ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni fil-Kottonera.
L-OPM ikkonferma dan b’reazzjoni ghal intervista li ghamel dan il-gurnal ma’ Victor Portelli, ragel ta’ 41 sena mill-Kottonera ta’ fehma Nazzjonalista u li thalla jghix ghal 20 sena shah f’binja kkundannata fl-Isla minkejja l-weghdi li sarulu tul is-snin minn esponenti ewlenin Nazzjonalisti ghall-post alternattiv.
Ma’ KullHadd Victor sostna li hu Nazzjonalist u tul dawn l-ahhar snin segwa mill-qrib il-mod li bih tqassmu ghadd ta’ postijiet fil-Kottonera. B’mod partikolari kien irrefera ghal Charmaine Gerada, wahda mill-kanvasers ewlenin ta’ Lawrence Gonzi fit-tieni distrett, u Mary Mizzi, kandidata ghall-elezzjoni lokali f’isem il-PN ghal-lokal ta’ l-Isla u membru fil-Kumitat Nazzjonalista tal-kazin ta’ l-Isla.Il-Pulizija tibqa’ sitt xhur siektaBi twegiba ghal sensiela ta’ mistoqsijiet minn KullHadd, l-Ufficcju tal-Prim Ministru kkonferma f’Lulju li ghadda li kien hemm xi allegazzjonijiet li persuni kellhom ihallsu lil terzi biex inghataw post ta’ akkomodazzjoni fil-Kottonera.
L-OPM zied jghid li dawn ir-rapporti gew investigati mill-Pulizija u rrizulta li ma kinux veritieri.B’reazzjoni ghal din it-twegiba, fit-12 ta’ Awwissu li ghadda KullHadd baghat sensiela ta’ domandi lill-Pulizija, izda sal-lum baqghet ma waslet l-ebda twegiba. Interessanti l-fatt ukoll li fl-istess jum li ntbaghtet l-email, WPC 101 R Grima kkonfermat b’email ohra li d-domandi taghna kienu waslu u bdew jigu pprocessati.
tkompli fuq http://www.kullhadd.com/
No comments:
Post a Comment