Persuna mis-Swieqi se titressaq il-Qorti mixlija b’corrupt practices waqt l-elezzjoni generali li ghaddiet.
Il-kaz ta’ din il-persuna kien wiehed minn dawk li ssemma’ f’rapport li d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Anglu Farrugia kien ghamel lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Il-persuna mistennija titressaq il-Qorti fuq parir ta’ l-Avukat Generali. Hi se tkun akkuzata li heddedt persuni ohra biex jivvutaw ghall-Partit Nazzjonalista.
Huwa mifhum li l-persuna akkuzata heddedt lil nies ohra li jitilfu l-post tax-xoghol taghhom jekk ma jurux li vvutaw ghall-PN.
Il-persuna kienet tiehu hsieb l-operazzjoni ta’ kuntratt f’entità tal-gvern.
Il-kaz se jibda jinstema’ fil-11 ta’ Frar li gej quddiem il-Magistrat Audrey Demicoli.
Tuesday, January 20, 2009
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment