Saturday, January 24, 2009

DIREZZJONI SUCCESS minn Stefan Zrinzo Azzopardi



Il-Partit Laburista se jkun qieghed ilaqqa’ l-Konferenza Generali bit-tema Direzzjoni Success - Nemmnu - Nahdmu - Nirnexxu.

Il-Partit Laburista mbarka fuq progett ta’ tigdid li nbeda billi geddidna l-istrutturi kollha tal-Partit u dan bl-approvazzjoni tal-istatut il-gdid f'Novembru li ghadda. Fl-istess zmien, il-Partit Laburista ha diversi inzjattivi ohra biex isahhah, igedded u jtejjeb il-hidma tieghu bl-impenn ta’ tibdilet li qed isiru fil-metodi ta' hidma tieghu.

Maghdud ma’ dan, il-Partit Laburista qie­ghed jiehu diversi inizjattiv ohra kif ifassal il-politika tieghu, kif jaghti l-kontribut tie­ghu fl-ahjar interess tal-familji u dan bi stil politiku gdid. Il-Par­tit Laburista qieghed jaqbel b’mod car ma’dak li jemmen li huwa tajjeb ghall-pajjizna u ghall-familji Maltin, izda izomm sod u juri l-kritika tieghu ghal dak kollu li jkun ta’ detriment u ta’ hsara ghall-pajjizna.

Matul din il-gimgha, kellna tlett ezempji im­por­tanti ta’ dak li qeghdin inwettqu. Fil-bidu tal-gimgha, kellna d-decizjoni dwar l-ghazla tal-President tar-Repubblika li se jkun mah­tur f'April li gej. Saret dis­kuss­joni u l-Partit we­ra l-impenn tieghu ghal htiega li f’pajjizna ikun ta' bil-haqq aktar ghaqda fuq livell nazzjonali. Il-Partit wera t-twemmin veru tieghu li nas­lu ghal dan l-iskop u hadem bis-shih biex nilhqu din il-mira. Decizjoni li ttiehdet b'responsabilità u li se tghin biex pajjizna jir­nexxi f'wiehed mill-ghanijiet tant meh­tiega.

Qed naghtu prova dwar il-hidma li rridu nwettqu ghall-gid ta' pajjizna bil-partecipazzjoni shiha taghna fid-dibattitu dwar ir-riforma fil-ligijiet tal-kera.

Id-diskors ta’ Joseph Muscat fil-Par­la­ment nhar il-Erbgha fisser b'mod mill-aktar car u elokwenti il-pozizzjoni li se jkun qie­ghed jiehu l-Partit Laburista fir-rigward tar-riforma fil-ligi tal-kera. Ligi li ghandha im­portanza kbira u dan ghax it-tibdil li qieghed jigi propost se jhalli effett fuq di­ver­si nies, diversi familji u oqsma varji fl-eko­nomija ta' pajjizna.

Permezz tal-interventi u l-proposti li qie­ghed iressaq il-Partit Laburista qed nuru bic-car l-ghanijiet li rridu nilhqu u d-direzzjoni meh­tiega f'dan il-qasam ghall-pajjizna. Fi kliem Joseph Muscat “L-ghan tagh­na huwa li naraw li ssir gustizzja ma' kullhadd: mal-ink­wilin u mas-sid, u li naraw li l-Istat igorr, mhux jabdika mir-responsabilità socjali tieghu.” Il-Partit Laburista qieghed jaqbel li ssehh din ir-riforma. Jaqbel li l-ingustizzji li n­hol­qu matul is-snin jinghelbu, izda ma nist­ghu ninsew qatt li hemm effetti socjali li din il-bidla tista’ ggib maghha. Irridu nku­nu ppreparti bizzejjed biex nilqghu ghal dawn l-effetti negattivi filwaqt li noholqu l-bilanc li tant huwa mehtieg izda li jesigi hidma bir-reqqa biex jintlahaq.

Matul din il-gimgha urejna l-impenn ambjentali taghna permezz tad-dikussjoni li qanqalna fil-Parlament permezz tal-private member's bill dwar l-implementazzjoni ta' programm biex nindirizzaw il-bidla fil-klima.

Ilna nisimghu dwar il-bidla fil-klima u ilhom isiru kummissjonijiet biex jinghataw pariri dwar x'ghandna naghmlu biex nindirizzaw din l-isfida internazzjonali. Dan l-abbozz tressaq fl-ispirtu li nfasslu ligi li tkejjel kemm qed nir­nexxu f'dan il-qasam u fejn jehtieg li nzidu l-impenn taghna bhala pajjiz.

Il-gvern ha pozizzjoni differenti mill-pozizzjoni taghna. Ghazel li ma jaqbilx mal-proposta taghna. Minkejja dan, xorta wahda se nkomplu nfasslu hidma biex naraw li f'pajjizna, ir-rapporti u r-rekomandazzjonijiet li qed jigu pprezentati, ma jithallewx fuq l-ixkaffa u jkunu mplimentati.

Din hija parti mill-hidma kbira li qeghdin in­wett­qu. Dan huwa l-impenn taghna li bih nuru dak li nemmnu u dak li rridu noffru ghas-servizz ta' pajjizna. Din hija d-direzzjoni sccess.

www.zrinzo.info

No comments: