Monday, November 17, 2008

U-turn kolossali


Minkejja stqarrijiet ma jaqtghu xejn f’dawn l-ahhar gimghat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech favur it-tnehhija tas-sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, jirrizulta li sebat ijiem qabel l-elezzjoni generali, Fenech hareg jiddikkjara li l-gvern kien se jkompli jaghti l-appogg tieghu lill-familji kollha permezz ta’ sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.


F’artiklu ppubblikat minn Tonio Fenech lejliet l-elezzjoni generali li ghaddiet proprju fid-29 ta’ Frar li ghadda, il-ministru Fenech kiteb: “We want to continue supporting all families with a subsidy on their water and electricity bills as is already the case” – “Ahna rridu li nkomplu nappoggjaw lill-familji kollha b’sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma taghhom hekk kif inhu l-kaz illum (sebat ijiem qabel l-elezzjoni generali tat-8 ta’ Marzu).


Izda d-diskorsi ta’ Fenech u Gonzi llum huma totalment bil-maqlub ta’ dak imwieghed minnhom fl-ahhar elezzjoni generali. Sahansitra din id-dikjarazzjoni sabet postha wkoll fil-manifest elettorali ta’ GonziPN. Taht it-titlu: Inkomplu nissussidjaw is-surcharge fuq l-elettriku, wieghda numru 216 tghid: ”Inkomplu nissussidjaw is-surcharge fuq l-elettriku kif digà qeghdin naghmlu ma’ kulhadd u nkomplu nissussidjaw b’mod partikolari lil dawk il-familji li l-aktar huma fil-bzonn bhalma digà qed naghmlu ma’ madwar 30,000 familja.”


Jghid li saru marda qerriedaMadanakollu, bil-ghan li jiggustifika z–zidiet ezorbitanti fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-1 ta’ Ottubru li ghadda, l-Erbgha li ghadda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi hareg jghid li tghallem li s-sussidji f’pajjizna huma bhal marda qerrieda. Zied jghid li s-sussidji ma jaghmlu xejn hlief itellfu lil kulhadd mill-apprezzament veru ta’ l-energija li nuzaw, u li s-susssidji ma jghinux lill-pajjiz jaghmel il-bidliet li ghandu bzonn, izda jiddefefendi l-istatus quo li ma jwassalna mkien.


Izda fl-artiklu miktub mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech sebat ijiem qabel l-elezzjoni generali, il-wieghda kienet li l-gvern qabel li jaghti appogg permezz ta’ sussidju lil diversi oqsma fosthom dak ta’ l-energija.Qal li t-terminu sussidji jintuza hafna drabi wkoll biex jirreferi ghall-assistenza socjali. “Jien nahseb li rridu nkunu cari dwar dan il-punt.


Ghall-Partit Nazzjonalista, l-appogg socjali huwa tajjeb, gust u xieraq f’socjeta li theggeg is-solidarjetà bhala wiehed mill-valuri taghha,” qal FenechZied jghid li f’kazijiet bhal dawn, inkluz dak ta’ l-energija, l-istat mhux jaghti l-appogg tieghu ghal dak li kieku ghandu jkun operattiv kummercjalment. “Qieghed jaghti l-appogg tieghu lic–cittadini, l-aktar dawk fil-bzonn u li ahna impenjati li ninvestu,” kompla Fenech.


Fost l-ohrajn qal li din hi r-raguni li ghaliha l-gvern ikompli joffri l-appogg tal-gvern ghall-programmi ta’ ghajnuna socjali.Kien proprju hawnhekk li ddikkjara dak li llum iddecieda li jaghmel u-turn dwaru: “Din hija r-raguni wkoll li ahna se nibqghu nappoggjaw il-FAMILJI KOLLHA b’sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hekk kif inhu l-kaz illum.“U din hija r-raguni wkoll ghaliex ahna ninsabu impenjati li nkomplu nappoggjaw/inserrhu lil madwar 30,000 familja l-aktar fil-bzonn mis-soprataxxa tad-dawl u l-ilma.”

11 comments:

Ray said...

Lill-gvern drajnih jghamel U-Turn wara l-ohra wara l-elezzjoni.
Ovvjament dan isir ghax iwieghed biex jirbah il-poter u wara ftit li xejn jinteressah mill-poplu u xi jkun qieghed ihoss.

A Mangion said...

Qabel l-elezzjoni qalu li Alfred Sant inehhi s-surcharge imma minflok jzid it-tariffi.
Minflok ghamlu hekk huma.
Il-Prim Ministru ma jidejjaq xejn jidher quddiem il-poplu b’ucuh differenti, il-problema tal-pajjiz hi li dawk li suppost fuq ix-xandir nazzjonali jinvestigaw dak li jkun ghaddej juzaw il-programmi taghhom biex idoqqu d-diska li jridu Gonzi u Tonio Fenech. Misshom jisthu nghid jien.

Anonymous said...

Qeghdin tidhlu fin-nassa perikoluza li ma tirrikonoxxux is-sitwazzjoni ekonomika madwarkom.

C Calleja said...

Ghaziz Anonimu jiena li jinteressani huwa x’weghduni.
Qabel l-elezzjoni qalu li se jzommu s-sussidju fuq is-surcharge u ma zammewx il-kelma.
Gonzi kien jghid li kien diga konxju tad-diffikultajiet madwar id-dinja. Ghalhekk missu kien car dak in-nhar. Bl-istess mod dahaq bil-poplu f’dik li hija taxxa tar-registrazzjoni. Kulhadd jittama li se jmur ahjar u minflok hafna se jispiccaw ihallsu ferm iktar.

Anonymous said...

stajt ninnota li l-Ministru Tonio Fenech ma qal xejn dwar din l-istorja...mux biss fuq il-101 waqt l-anlasi ta' gurnali ma semmewa mkien. bis -skiet tahhom komplu jikxfu z-zewgt ucuh ta' dal-gvern li qabel l-elezzjoni qal li se jkompli jissusidja t-tariffi tal-kontijeit tad-dawl u l-ilma u issa seba' xhur wara ma waqfux jghidu li s-sussidju lil familji kollha MAltin iridu jaqtawh. Ghal giehna l-prezz taz-zejt illum niezel taht il-55 dollaru l-barmil. Fl-infanzja tieghu, dan il-ministru tilef il-kredibilita kollha.

Martin

Anonymous said...

jien nissuggerilkom tmorru b'dak l-artiklu li kiteb seba ijiem qabel l-elezzjoni u tistaqsuh dwaru. Ghandi kurzita kbira nkunu naf x'jista' jwiegeb. Li jajdilna li dak il-kliem kitbu f'xenarju aghar minn tal-lum (krizi finanzjarja) mhux accettabbli. Bhal ma jaf il-ministru Fenech u kif sostna huwa stess il-prezz taz-zejt f'dawk ix-xhur ta' qabel l-elezzjoni kien hafna iktar gholi minn dak li hu llum u ghalhekk ma jistax joqghod izeffen il-krizi finanzjarja fin-nofs biex minghalih jiggustifika t-tnehhija tas-sussidju minn fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

farrugia

Anonymous said...

jien naqbel ma' anonimu. hlief teqirdu ma tafux. issa oqoghdu hemm ghax il-poplu lilna ghazel biex inmexxu dan il-pajjiz. Lilkom warrabkom ghal darba tnejn tlieta fuq xulxin. Fit-tmun ta'dan il-pajjiz hemm il-Prim Ministru taghna Lawrence Gonzi li qed jiehu decizjonijiet ghaqlien fl-interess ta' Malta taghna.

Hudu pacenzja

Anonymous said...

Anonimu ghandu jkun jaf li llum il-prezz taz-zejt niezel taht is-60 dollaru. U jien u hu rridu nhalssu surcharge ta' 194 fil-mija biex naghmlu tajjeb ghat-tberbieq ta' flus li sar sitt xhur qabel l-elezzjoni generali - 70 miljun. Issa la jnaqqas id-deficit fl-2011 oqghod ifrahlu u ghidlu proset. Ftakar izda li deficit li ghandna llum m'ghamlu hadd hlief hu stess, Lawrence Gonzi nnifsu u r-rizultat li jnaqqas id-deficit ma jkun kisbu hadd hlief il-poplu Malti biz-zieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, zieda fil-licenzja tal-karozza, taxxa fuq id-drenagg, taxxa fuq il-passaport, zieda fit-taxxa fuq it-tabbakk, zieda fit-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik...Darba tkazaw bit-33 taxxa ta'Alfred Sant!

Jean pierre

Imhasseb said...

Tizvelaw storja bhal din u fil-pajjiz jibqa jkun hawn skiet assolut. Qeghdin taraw ma x’hiex qieghed ikollu jhabbat wiccu l-poplu Malti ux.

Dik Demokrazija. Demokrazija tas-skiet !

P Grixti said...

Tinsewx lil ta’ Tarzna ghax anke lil dawk qalulhom mod u ghamlu iehor.

Bizibilju ta’ ezempji hemm u dan fi ftit zmien.

jesmond said...

u caruana galizzia x titnejjek min dan kollu tikteb fuq iz zejziet ta arani issa ,fuq il gel ta sivio taghna u aktar . tale madre tale figlio umbad hej mar jghajjar l alfred sant shrek. sorry beeing personal. dan ma tiktibx fuqu imma ghax hemm x tipprotegi bil kitba tghaha .hekk jaqbilla