Monday, November 17, 2008

Teleserje li m'ghandux jirrepeti ruhu


Il-Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghal servizzi ta’ harsien socjali, Joe Gerada ddikjara li t-teleserje Five06 li qieghed jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali u li huwa mtella’ mill-Arcidjocesi ta’ Malta, “huwa teleserje li m’ghandux jirrepeti ruhu ghaliex affarijiet bhal dawn m’humiex etikament korretti.”

“Jien fejn jidhlu t-tfal mhux se noqghod ninheba wara subghajja u allura nghid li programm jew teleserje ta’ din il-kwalità mhix accettabbli. Fil-fatt digà gbidt l-attenzjoni ta’ l-Awtorità tax-Xandir u anke tal-PBS u hadna azzjoni biex tigi rrangata l-politika ta’ l-Awtorità, u dawn l-affarijiet ma jergghux jirrepetu ruhhom,” sostna Joe Gerada.

Gerada sahaq li dan kollu mhux qieghed isir biex jinheba xi haga jew biex ma tinghadx il-verità, izda ghax dawn l-affarijiet mhumiex etikament korretti. “Ahna socjetà zghira u meta ghandna tfal vulnerabbli, jien ghandi r-responsabbiltà li ma naghmel xejn li jzid il-vulnerabilità taghhom. Ghalhekk ma nistax nifhem kif qed jixxandar dan it-teleserje meta dan qieghed izid il-vulnerabilità ta’ dawn iz-zghazagh.”

Five06 huwa ambjentat gewwa dar fejn fiha joqghodu seba’ tfajliet li lkoll huma vittmi ta’ decizjonijiet zbaljati tal-genituri taghhom. It-teleserje juri l-esperjenzi li jghaddu minnhom dawn Iz-zghazagh fid-dar bejniethom, mal-kuraturi taghhom, kif ukoll x’hin johorgu barra minn din id-dar. Ghalkemm KullHadd ghandu informazjoni preciza dwar minn liema istituzzjoni kien isprirat dan id-dramm, certi dettalji mhux qed jigu ppubblikati minhabba ragunijiet ta’ etika.

F’pajjizna huma tnejn ir-residenzi li jilqghu tfajliet bi problemi emozzjonali jew socjali, li hafna drabi jkunu vittmi ta’ problemi familjari. Dawn iz-zewg residenzi huma maqsumin skont l-età tat-tfajliet li jkollhom bzonn dan il-programm, u tfajla tidhol f’wahda minn dawn id-djar wara li tkun referuta minn “social worker”. Joe Gerada sostna li “l-issues tat-tfal li ghandhom bzonn harsien, u d-diffikultajiet li jghaddu minnhom ma niddejjaqx niddibattihom fil-pubbliku, imma niddibattihom fis-sens, b’mod oggettiv ma’ nies li jifhmu fis-suggett u li jistghu jaghtu opinjoni edukata u matura fuq dawk ic-cirkustanzi, u hadd m’ghandu juza dawn ic-cirkustanzi biex jattira r-reklamar u biex jaghmel lit-teleserje vijabbli.”

KullHadd talab il-kummenti ta’ l-awtur tad-dramm Five06, Mark Calleja li filwaqt li qal li ma jaqbilx ma’ certi kummenti li ntqalu s’issa fil-midja, stqarr li “l-ghan wara dan id-dramm huwa li nwasslu l-valuri umani u bl-ebda mod ma rridu nkunu anetici.”

KullHadd huwa nfurmat li persuni f’residenzi simili mhux l-ewwel darba li fl-ahhar gimghat sofrew bullying fl-iskejjel taghhom. Residenti fid-djar simili qeghdin jiltaqghu ma’ sitwazzjoni fejn ghal kemm-il darba jigu mistoqsija direttament jekk Five06 hux jirreferi ghalihom.

No comments: