Sunday, October 12, 2008
Process li kissirni
Rebha kbira ghall-familja ta’ Shaun Attard mir-Rabat Ghawdex li fl-ahhar 22 xahar batew u sofrew fis-silenzju, meta t-tfajjel Shaun ma setax jghix aktar Malta fuq ordni tal-Qorti Ingliza.
Kien fil-harga tas-17 ta’ Dicembru 2006 li l-gurnal KullHadd zvela diversi ritratti u dettalji esklussivi ta’ dak li sehh quddiem il-bini tal-qorti fir-Rabat Ghawdex fil-lejl ta’ bejn il-15 u 16 ta’ Dicembru 2006.
Dakinhar il-qorti t’Ghawdex sfurzat lil Shaun biex imur Manchester fl-Ingilterra kontra r-rieda tieghu minhabba sentenza li harget mill-Qorti Ingliza, fejn l-omm rebhet il-kustodja.
Kif elenkat mill-avukati tal-missier Alfred Grech u Angelle Formosa fi stqarrija ghall-istampa mibghuta l-Gimgha filghaxija, dakinhar il-Qorti f'Ghawdex (illi semghet dan il-kaz) wettqet dmirha bl-ikbar diligenza u skont il-ligi, b’mod partikolari skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw il-kwistjoni ta’ kustodja ta’ tfal minuri. Fl-istqarrija l-avukati tal-missier sahqu li l-qorti t’Ghawdex ma kellha l-ebda ghazla hlief li tinfurza decizjoni precedenti moghtija fl-Ingilterra fejn kien residenti il-minuri meta gara l-kaz, u anke kif giet konfermata mill-Qorti tal-Appell f’Malta.
Kien nhar il-Gimgha 3 t’Ottubru 2008 li b’digriet tal-Qorti Gholja tal-Gustizzja ta’ l-Ingilterra, il-missier Mario Attard kiseb b’mod permanenti il-kustodja ta’ ibnu Shaun, li fissret ukoll li t-tfajjel issa seta’ jerga’ jibda jghix f’Ghawdex.
Aqra l-istorja fuq :
www.kullhadd.com u kkummenta f'dan il-blog
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
7 comments:
ahbar tajba mmens...prosit lil Rueben Sciberras li segwa l-istorja mill-bidu nett sal-lum.
Sa fl-ahhar xi hadd sema' t-talba ta' dan it-tifel. Irridu naghtu kas iktar it-tfal f'pajjizna
nemmen li hemm bzonn ufficcju tal-kummissarju ta' tfal b'sahhtu u li jitkellem f'isem it-tfal bhal ma kien fi zmien Sonia Camilleri.
il-membri parlamentari taghna jitkellmu fuq il-valuri tal-familja u t-tfal u f'kaz bhal dan fejn it-tifel kien qieghed ghaddej minn infern ma smajna l-hadd minnhom u ma rajna l-hadd jippopa sidru ghax ihobb il-familja.
Fatti rridu
Awguri lill-familja Attard. Fl-a˙˙ar reb˙et ir-ra©uni u nstemet il-karba ta’ Shean li xtaq jibqa’ hawn Malta flimkien ma’ ˙utu u missieru.
Merhba lura f'Ghawdex Shean.
Awguri u merhba lura mill-qalb
Post a Comment