Monday, October 13, 2008

L-allegat abbuz fuq tfal fil-Pixxna Nazzjonali....Il-Kaz jghaddi f’idejn il-Pulizija

Tliet ijiem wara l-istorja zvelata minn KullHadd bhallum tmint ijiem bit-titlu ”Allegat abbuz fuq tfal fil-Pixxina Nazzjonali”, il-Kunsill Malti ghall-Isport (KMS) talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex iniedi investigazzjoni dwar dak li allegatament sehh f’Gunju li ghadda fic-changing rooms tat-tfal fil-Pixxina Nazzjonali.

Bhallum gimgha, dan il-gurnal zvela li s-Segeretarjat Parlamentari ghall-Isport, zamm skiet assolut dwar incident li sehh f’Gunju li ghadda minn impjegat tal-KMS fuq tfal li jattendu korsijiet ta’ l-ghawm fil-Pixxina.

B’reazzjoni ghal sensiela ta’ mistoqsijiet mibghutin minn KullHadd din il-gimgha, il-Kelliema tal-KMS Lisa Spiteri qalet li l-investigazzjonijiet gew konkluzi u gie deciz li jittiehdu proceduri dixxiplinarji kontra l-impjegat inkwistjoni fuq nuqqasijiet. Kien deciz ukoll li l-konkluzjonijiet ta’ l-inkjesta jghaddu lill-Korp tal-Pulizija ghal iktar stharrig jekk jidhirlu opportun.

Fil-fatt il-Pulizija se tkun qed tinvestiga fost l-ohrajn jekk dan l-impjegat kisirx ir-regolamenti u dahal fic–changing room tan-nisa meta tfajliet ta’ 13-il sena u ohrajn izghar minnhom kienu ghadhom gewwa.
Skont taghrif li kelliem ghall-KMS ta b’reazzjoni ghall-istorja f’dan il-gurnal, jidher li dan l-impjegat qasam kurutur li jaghti ghac-changing rooms tan-nisa u baqa’ fl-entratura jhares. Inghad ukoll li hemm verzjonijiet konflingenti dwar dak li sehh.

6 comments:

Anonymous said...

tal-misthija kif kaz kellu jisemma fil-gurnali biex ghadda ghand il-pulizija

Anonymous said...

nisperaw li ssir investigazzjoni bis-serjeta. Ghaliha fejn jidlu t-tfal la ghandu jkun hemm cajt u lanqas hniena

Anonymous said...

il-qorti ghandha tkun harxa f'kazi fejn ikunu affetwati t-tfal mhux kif rajna dan l-ahhar

Anonymous said...

kont nippretendi iktar serjeta mill-kunsil Malti ghall-isport. F'kazi bhal dawn ma tistax ticcajta.
Nistaqsi. Ghalfejn kellu jistenna li l-kaz johrog fil-media, biex ha passi l-kunsill Malti ghall-isport u ghadda l-kaz f'idejn il-pulizija?

Anonymous said...

Ahbar tajba li l-kaz ghadda f’idejn il-pulizija. Kont nippretendi li din il-haga ssir mill-ewwel. Ma kienx bidu tajjeb ghall-KMS fl-opinjoni tieghi.

Anonymous said...

xjonqos issir issa fdan il pajjiz. l anqas lil uliedna jipratikaw sports ma nistghu nafdaw, veru tal misthija. meta ser niehdu decizjoni li nipublikaw l ismiejiet ta min jabbuza mit tfal?