Wednesday, October 22, 2008

Bit-tariffi ta’ Gonzi kont ta’ €200 se jisplodi ghal €350

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat zvela nhar il-Gimgha filghaxija li t-tariffi l-godda li ppropona li jdahhal Lawrence Gonzi fuq l-elettriku u l-ilma, ifissru daqs li kieku l-pajjiz se jitghabba b’soprataxxa ta’ 245 fil-mija.

B’mod konkret, Muscat issostanzja l-argument tieghu billi stqarr li r-rati proposti mill-gvern ifissru li min illum qieghed/qieghda jhallas kont ta’ €200, se jibda jhallas €350.

Il-Mexxej Laburista li kien qieghed jiehu sehem fil-programm “Xarabank” f’dibattitu mal-Kap Nazzonalista Lawrence Gonzi, sahaq li Gonzi ghandu jirtira t-tariffi tad-dawl u l-ilma li ddecieda li jdahhal minghajr ebda konsultazzjoni ma’ l-imsiehba socjali kollha fil-pajjiz. Minkejja dan u bl-aktar mod kategoriku, Lawrence Gonzi wiegeb li mhux lest li jirtirahom.

Muscat li tul id-dibattitu sahaq kontinwament li l-pajjiz ma jiflahx ghal aktar taxxi, ikkwota dikjarazzjoni li ghamel l-istess Gonzi f’mass meeting ta’ qabel l-elezzjoni generali fejn qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li biex il-pajjiz jiffaccja l-prezzijiet gholja taz–zejt u ta’ l-ikel, is-soluzzjoni kellha tkun li jitnaqqsu l-piz tat-taxxi.

Fid-dawl ta’ din l-istqarrija, Muscat sahaq li issa huwa z-zmien li jitnaqqsu t-taxxi f’pajjizna. “Dan mhux il-waqt li l-ekonomija tinghata l-iskossi u tinholoq krizi ekonomika bil-mod kif il-gvern irid izied it-tariffi tad-dawl u l-ilma,” qal Muscat.

Hawnhekk zvela li mhux veru li kif qal il-gvern li l-kontijiet se jizdiedu bejn ewro u €5.5 fil-gimgha. Fir-realtà biex il-gvern wasal ghal din il-konkluzjoni, inkluda l-garaxxijiet u l-postijiet ta’ villeggjatura fil-kalkoli tieghu.

“Il-verità hija l-kontijiet se jizdiedu bejn €5 u €9 fil-gimgha,” qal Muscat waqt li sostna li z-zieda ghall-gholi tal-hajja li se tinghata fil-bagit li se jsir fit-3 ta’ Novembru li gej, lanqas se tkun bizzejjed biex taghmel tajjeb ghal nofs din iz-zieda.

7 comments:

jesmond said...

jien nahseb li l gvern qatt mhu ha jasal jghamilhom dawn it tariffi dan mhu ha jkun xejn hlief ezercizzju ta propoganda .ma jghamilhomx, biex ikun jista jiddandan kemm ghandu kuxjenza socjali.jien nghid li l poplu haqqu ghax il poplu illuppjat ,ma jirreagixxix kieku konna barra min dil gzira tal ward, protesta kulljum kienet issir b masses kbar ta nies imma hawn im ok ----- me jack

Charles said...

Kellu ragun Joseph Muscat meta semma' kif madwar id-dinja l-gvernijiet qed jaraw kif jaghmlu biex izidu l-flus fl-ekonomiji taghhom u kif f'pajjizna qieghed jigri l-kontra.

R Cachia said...

Id-decizjoni tal-gvern Nazzjonalista li jgholli d-dawl mhux biss hija decizjoni hazina izda giet ukoll fi zmien hazin. Jekk issewgwu l-ahbarijiet ta' barra tindunaw kif fid-dinja kollha l-gvernijiet iridu li l-ekonomiji ta’ pajjizhom jibqghu kompetittivi u l-PN jghamel il-kontra.

Anonymous said...

dak li Gonzi qal li se jghamel Alfred Sant ghamlu hu. ragunament ta' qabel l-elezzjoni u iehor ta' wara ghandu dan il-gvern. ipokrezija, xejn inqas u xejn iktar

Anonymous said...

Jghola z-zejt tghola s-surcharge, jonqos il-prezz taz-zejt se jisplodu t-tarriffi. Il-poplu qatt ma jgiba zewg ma’ dan il-gvern.

roman said...

qabel l elzjoni meta sant qal inaqqas is surgharge bin nofs kienu jistaqsuh, imma ser toghli it tariffi? ser toghli il kera tal arlogg? mur obsor xkellhom fmohhom ta gonzi pn u dan il poplu bahna mhux talli belha il lixka tali belha is sunnara u issa ma jistax jiremetija. gawdi poplu bahnan gawdi issa u hallas ta emilek.

Mike Magri said...

Jiena nixtieq nghaddi kumment lill-dawk shabna l-`Floating Voters`, li sfortunatament, fl-ahhar elezzjopni dawn regghu belghu il-lixka ta GonziPN u vvutaw PN..

Nahseb issa, wara dan il-qerq kollu li hareg mill-elezzjoni l`hawn, dawn ghandom ipoggu jdejhom fuq sidirhom u jkantaw.... MEA CULPA... MEA CULPA... MEA MAXIMA CULPA.... AMEN......, u jahilfu li QATT izjed m`huma se javdaw lill-PN fil-gvern... Gvern ta ZEWGT UCUH..........

Mike Magri - Luqa