Wednesday, October 22, 2008

Mara f’kollox minbarra fiz-zwieg

Fil-hanut tax-xaghar taghha fil-Fgura, Joanne laqghetni mill-ewwel, lesta biex tiftah qalbha fuq dak li ghaddiet minnu sa issa f’din il-battalja legali, u fuq dak li kontinwament ghaddiet minnu minn wara l-operazzjoni li setghet hallietha mejta jew fuq siggu tar-roti.

Bdejna billi tlabtha tispjegali x’hasset dak inhar li rebhet il-kawza inizjali s-sena l-ohra, qabel ma din giet revokata f’Mejju li ghadda.

Joanne sostniet li qatt ma setghet tkun ferhana u kuntenta iktar minn dak iz-zmien.

“Dak iz-zmien kont gharusa bid-dar lesta u bit-tieg imhallas, izda kien fadlilna l-ahhar pass. Imbaghad infetah ir-rikors mid-Direttur tar-Registru Pubbliku u l-Qorti regghet dawwret kollox.”

Meta staqsejtha kif thossha ghall-fatt li hi mara f’ghajnejn il-ligi, izda ghall-finijiet ta’ zwieg mhix ikkunsidrata mara, qaltli li rajna hafna koppji li jkollhom disorders li jithallew jizzewgu, u l-kaz taghha mhu xejn hlief disorder ukoll.

“Hawn hafna li jharsu lejja bhala transesswali, izda jien mhux hekk. Jien twelidt b’dizordni fl-identità. Jekk tfittex fuq din id-dizordni, u tqabbilha ma’ l-istorja ta’ hajti, tara li huma l-istess” tishaq Joanne.

Hija thoss li l-Istat m’ghandux ghalfejn icahhadha minn dritt li hu taghha meta hi mhi se tiehu xejn lura minn fuq l-istat. B’wicc serju hafna staqsietni, “jekk jien ghandi sieheb u nhobbu u hu jhobb lili, u ghandna d-dar flimkien, inhallsu t-taxxa flimkien, naghzlu l-ghamara flimkien, allura ghalfejn ahna m’ghandniex inkunu koppja maghquda bhall-ohrajn?”

Spjegajtilha li hawn numru ta’ persuni li jsostnu li l-operazzjoni ta’ gender reassignment hija biss kosmetika, u hawn kienet pronta targumenta kontra din l-idea. Harset lejja u staqsietni:

“Int kif qieghed tarani lili? Ma nahsibx li qieghed tara ragel quddiemek!”

Aqra l-intervista kollha:
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=&articleid=12095

6 comments:

Anonymous said...

Din li hawn min irid jaqleb in-natura ta' taht fuq tifrustrani jiena.

C Calleja said...

ir-ragunament ghandu jkun semplici: la mara tizzewweg ragel

Cremona said...

nispera li dan il-kaz ma jispiccax jinqata fil-qorti ewropea. ikun ta' ghajb ghall-pajjizna jekk inkomplu nuru lill-ewropa kemm ghadna lura f'dawk li huma civil liberties f'dan il-pajjiz

Anonymous said...

Jekk Joanne tiehu dan il-kaz l-Ewropa tirbah id-dritt li tizzewweg. M’hemmx dubbju.

F'sikkti said...

Kazi bhal dawn qeghdin iwasslu ghat-tmermir ta’socjeta’ ftit ftit. J’ Alla l-awtoritajiet Maltin ikomplu jiggieldu kontra affarijiet ta’ dan it-tip.

roman said...

sikkina taqta min zewgt nahat. min ghandu dritt uman, u min irrid certu izzomm il principji, la ma jolqtux lilu.