Centru ghall-Harsien tat-tfal li beda jinbena ftit xhur qabel l-elezzjoni generali gewwa z-zona industrijali ta’ Hal Far, thalla ghal kollox abbandunat minkejja li x-xoghlijiet strutturali digà tlestew. Dan bil-konsegwenza li l-facilitajiet sanitarja ta’ dan ic–centru spiccaw jintuzaw mill-immigranti rregolari li jkunu fi triqthom lejn ic–centru miftuh.
Zjara li ghamel KullHadd ftit tal-gimghat ilu f’dan ic-centru kkonfermat it-telqa li tkellmu dwarha bosta haddiema tal-fabbriki f’Hal Far. Dawn il-haddiema kienu qeghdin jittamaw li fi zmien qasir, kienu se jibdew jibaghtu lil uliedhom f’dan ic–centru la darba jitlesta. Minkejja dan l-ghexieren ta’ haddiema li sa ftit xhur ilu kienu impenjati b’hidmiethom fuq il-progett, ma baqghux jidhru aktar fuq il-post. Dan bil-konsegewenza li llum il-binja tinsab fi stat ta’ telqa u m’hemm l-ebda sinjal ta’ progress fix-xoghol.
Qabel l-elezzjoni generali l-gvern tkellem bosta drabi dwar l-importanza li pajjizna jinvesti f’centri bhal dawn bl-iskop li l-ommijiet ikunu jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol.
Rigward dan il-progett, il-gvern sostna li dan beda jinbena mill-Malta Industrial Parks (MIP) bhala parti minn programm ta’ tisbih u mmodernizzar taz–zona industrijali ta’ Hal Far.
Ritratti li ttiehdu minn KullHadd fit-22 ta’ Frar li ghadda (gimaghtejn qabel l-elezzjoni generali) juru li x-xoghlijiet mill-kuntrattur kienu fl-aqwa taghhom. Izda ftit tal-gimghat wara, kollox waqaf hesrem bil-kuntrattur inkarigat mill-progett infrastrutturali jhalli s-sit ghar-rihu ghax baqa’ ma thallasx.
Fil-gimghat li ghaddew KullHadd zar dan il-progett f’Hal Far li 75 fil-mija minnu huwa ffinanzjat b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Stajna ninnotaw li x-xoghol fuq il-binja wasal fi stadju avvanzat, tant li digà ttellghu hitan tal-gypsum biex jifirdu l-binja f’taqsimiet u nksew il-hitan bil-gibs. Izda partijiet minnu digà xxarrab u nqala’ peress li l-binja ghadha mhux maghluqa bl-ebda xorta ta’ aperturi. Apparti dan tlestew ukoll parti kbira mill-facilitajiet sanitarji u saret ukoll parti sew mill-installazzjoni ta’ l-elettriku.
Monday, October 27, 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment