Anke jekk smajna diskors wara l-iehor dwar l-emancipazzjoni tan-nisa u l-ugwaljanza, l-gvern ta’ Lawrence Gonzi qieghed jinsisti li fi tliet snin ma sabx mara tajba bizejjed biex tkun fost it-tliet persuni nominati ghall-post ta’ Imhallef fuq il-qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-bniedem
Fuq din il-qorti jpoggi f’isem pajjizna l-Imhallef Giovanni Bonello li t-terminu tieghu skada fis-sena 2006 peress li ghalaq 70 sena. Izda minkejja li ghaddew tliet snin il-gvern ta’ Lawrence Gonzi baqa ma sabx mara biex tkun fost in-nominati kif wara kollox jitolbu r-regoli stabbiliti mill-Kunsill ta’ l-Ewropa.
Mitlub mid-deputat Jose Herrera biex jaghti rendikont ta’ fhiex wasal il-process l-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici qa li “wara process trasparenti” l-gvern innomina l-dawk li haseb li ghandhom l-ahjaw kwalifici.
“Il-gvern innomina tlett persuni li, fl-opinjoni tieghu, kellhom l-ahjar kwalifiki ghal dik il-kariga:il-persuni nnominati kienu kollha rgiel. L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ma accettatx il-lista sottomessa mill-Gvern Malti ghaliex din ma kienet tinkludi l-ebda mara,” qal Mifsud Bonnici.
Minflok fehem il-messagg li riedet tibghatlu l-assemblea il-gvern Malti webbes rasu u ghazel li ma jinkludi l-ebda mara biex eventwalment ha l-kaz fil-kunsill tal-Ministri.
Storja kollha fuq www.kullhadd.com
Tuesday, October 7, 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment