Monday, September 29, 2008

FOTOKOPJA RHISA

Il-programm ta’ toroq imniedni minn bhal-lum tmint ijiem

Il-progamm ta’ bini ta’ toroq residenzjali godda li nieda bhallum tmint ijiem il-Ministru tal-Komunikazzjoni Austin Gatt b’nefqa ta’ 1.3 miljun ewro, mhu xejn hlief fotokopja rhisa ta’ dak li nieda l-eks ministru tat-Toroq Jesmond Mugliett sentejn ilu.

Il-bicca l-kbira tat-toroq li qal li se jkun qieghed jaghmel fil-jiem li gejjin, huma fil-fatt elenkati fil-programm li nieda l-eks ministru fl-2006 u li kellhom jitlestew sa l-ahhar tas-sena.

Analizi li ghamel KullHadd din il-gimgha tat-toroq residenzjali li kellhom jitlestew sa tliet xhur ohra, turi li ftit aqnas min-nofshom baqghu qatt ma saru minhabba nuqqas ta’ fondi. Dan bil-konsegwenza li r-residenti ghadhom jghixu sal-lum f’dizastru shih b’inkonvenjet kbir ghalihom u ghal familji taghhom.

Aqra l-istorja kollha fuq :
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=12015

7 comments:

jesmond said...

ma kontx nistenna ahjar min agostino pio .jiena dal pjan ma rajtux u ma smajtux imma nispera li l akbar nefqa se ssir fis south ghax titqalla ssuq dan nahat .nazzarda nghid li 10 fil mijja tat toroq tas south huma accettabli.biss biss tesisti triq(jekk il gvern jaf li tezisti) min triq ta m scala(villabate) ghaz zejtun. din hija st joseph street ,litteralment imfarrka. u ara hadd ma jahseb li din triq qalb l ghelieqi imma triq wiesa hafna .jekk gatt qed jikkopja lil ta qablu ,mhux ta awspicju tajjeb ghal dal pajjiz

aldo said...

hmmmm....jiddispjaċni ngħid li ilni li tlift kull sens ta fiduċja f'dak li jiġi mwiegħed lilna minn esponenti tal-gvern, mhux l-inqas fejn għandhom x'jaqsmu t-toroq residenzjali. Agħslu waslu sa Triq Fra Luca Zurki fiż-Żurrieq u tkunu tafu. Trab fis-Sajf, u tajn fix-Xitwa. M'hemmx għalfejn insemmi l-inkonvenjenzi kollha. Triq li qatt ma saret.

Konna mwiegħdha mill-Ministru Mugliett li ser titlesta sa' l-aħħar ta' din is-sena. Saħansitra ġejna mwiegħdin minn uħud mill-kandidati Nazzjonalisti tal-ħames distrett li ser titlesta sa qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet.

Istħu, jekk tafu.

Anonymous said...

Aktar milli joqghod ihabbar il-programmi, Austin Gatt missu jaghtina garanzija li t-toroq li hemm f'dak il-fuljett se jwettaqhom sa l-ahhar tas-sena. Fil-bagit li ghadda Gonzi qalilna wkoll li se jlesti l-programm kollu ta' toroq residenzjali sa l-ahhar tas-sena. Issa nispera li ma nergax nisimghu jhabbrilna li se jkun qieghed jwettilna t-toroq bit-tarmak. Dan il-Prim Ministru ta' zewgt ucuh ghandu jzomm f'mohhu li l-intelligenza taghna twassal iktar minn sena!

Anonymous said...

L-isfortuna hi li huma n-nies li jghixu fin-Nofsinhar ta' Malta bhali li thallew jghixu f'dizastru shih. Nappellaw minn hawn lill-gvern biex jieqaf jiddiskrimina bejn in-nofsinhar u t-tramuntana ta' dan il-pajjiz ckejken. it-telqa li halla hawn isfel hija tal-misthija.

mark

Anonymous said...

ejja ma nitkellmux dwar toroq..izda aktar dwar x'fadal minnhom!

Nghix f'Triq ix-Xatta ta' Bormla!

Anonymous said...

Qabel xejn infakkarkom ukoll li l-gvern hatar bord immexxi mill-eks cerman tal-PBS biex jirranga d-dizastru ta' toroq li ghadna. Suggeriment lis-Sur Fenech Conti: Ejja sa Pitkali Road f'H'Attard biex tara d-dizastru li hawn jew sa triq Durumblat. Jew triq Tal-Labour f'Haz-Zabbar.
Il-lista ma tispicca qatt. X'sar minnhom il bqijja tat-toroq li kellhom jitlestew sa l-ahhar tas-sena. Gatt jghid 205 u ta' qablu jghid 235!!!! Din id-diskrepanza lanqas jien ma nista' nifhimha. Biex iqarrqu bil-poplu l-ewwel jiehdu dan-nies.

Resident Attard

STEPHANIE said...

MA NISKANTA XEJN GHAX DRAJNIEH LIL DAN IL- GVERN IWIEGHED HAFNA AFFARIJIET U MA JWETTAQHOMX. IT- TOROQ MHUX ECCEZZJONI INKELLA NAGHMLU TRIQ BIEX WARA FTIT GRANET TERGA TINQALA MIL GDID.KOLLHA MINN FLUS IL- POPLU. BLA DUBJU BHAL DEJJEM IN- NOFSINAR TA' MALTA L- IKTAR LI JBATU BHAL LI KIEKU MHUX ANKI HUMA JHALLSU T- TAXXI.