Sunday, September 7, 2008

Esproprijawlhom darhom ghal Lm4,000!


Koppja anzjana minn Kercem Ghawdex li kellha proprjetà fl-Imsida spiccat b’darha esproprijata b’dikjarazzjoni maghmulha mill-eks President ta’ Malta ghas-somma redikola ta’ Lm5,000 jew €11,646.87. Dan meta skont nies teknici, irrizulta li l-valur ta’ din il-proprjetà fl-2005 kien jammonta ghal kwazi €30,000.

Rose u Emanuel Cardona rrakkontaw ma’ KullHadd l-esperjenza qarsa li ghaddew minnha minn Ottubru 2004 ‘l hawn meta mill-Gazzetta tal-Gvern saru jafu li l-gvern kien se jesproprijalhom darhom fl-Imsida ghal “skop pubbliku” ghas-somma mizera ta’ Lm4,300.
Id-decizjoni finali waslet fil-5 ta’ Gunju li ghadda quddiem il-Bord ta’ l-Arbitragg Dwar Artijiet fejn kien deciz li l-kumpens kellu jizdied b’Lm700 ghal Lm5,000! Minkejja dan il-familja Cardona se tispicca thallas ma’ l-Lm1,000 (€2,330) fi spejjez wara li l-Bord iddecieda li 90 fil-mija ta’ l-ispejjez jithallsu minnhom. Dan ifisser li l-familja Cardona se tispicca tiehu Lm4,000 (€9,280)
Rose sostniet ma’ KullHadd li l-familja taghhom soffriet ingustizzja doppja. “Mhux biss b’dan l-ammont l-anqas garaxx ghal karozza wahda ma tista’ tixtri bil-prezzijiet ta’ llum il-gurnata, ahseb u ara post iehor alternattiv ghal dak li kellna,” qalet il-mara.

L-istorja kollha fuq:
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=11930

8 comments:

Anonymous said...

imma jahasra mhux kullhadd b xortieh min ituh 4000 u min ghal bicca bankina jiehu 70000 id dinja reddiena illum int u ada jiena jghid il malti. mela xi darba iz zghir gabgha zewg. tinsew qatt flimkien kollox possibli.
nilghab imhatra kwazi hadd ma jimpurtah b dak li gara ,ax il poplu illuppjat bil feel good factor li dahhal edward fi zmienu .il kelma solidarjeta hija inezistenti .

Anonymous said...

minn ta' l-inqas kellhom jiehdu 70 elf lira maltin. Mhux hekk?

Anonymous said...

mela sew dawn hadu loqma u ta hdejhom jispekula l-proprjeta. Ingustizzja. Nahseb ghandhom jiehdu l-kaz taghhom ghand l-Ombudsman

joanne said...

din il-familja ghandha tiehu l-kaz taghha ghand l-ombudsman u fil-qrati maltin. S-Sur Jason Azzopardi ghandu jaghti spjegazzjoni ghaliex ittiehdet l-art

Anonymous said...

Shame on Gonzi

Charmaine said...

Tal-misthija. Is-soltu storja l-ingustizzji maz-zghar ikomplu taht l-amministrazzjoni ta' Lawrence Gonzi.

Prosit lil gurnal KullHadd li huwa wiehed mill-ftit gurnali li bla waqfien ta' xejn jinvestiga l-ingustizzji li jsiru f'pajjizna

Anonymous said...

Hemm ghexieren ohra ta' familji li ghaddew minn din l-esperjenza. Il-Partit Laburista ghandu joffri rimedju jekk kemm -il darba jkun fil-gvern

Anonymous said...

Nemmen li dawn il-persuni ghandhom ifittxu rimedju legali kemm f'pajjizna u kemm fl-UE iktar minn kollox