Sunday, September 7, 2008

Maghluqa minn both ways ghall-papà ta’ RCC


Fatt maghruf, li f’socjetà bhal taghna ddominata mill-klijentelizmu u n-nepotizmu, li jkollok xi hadd fil-familja hafna drabi l-genituri b’xi kariga gholja fis-socjetà huwa dejjem ta’ beneficcju. Izda bhal f’kollox hemm l-eccezzjonijiet u li jkollok iben f’kariga pubblika gholja jaf iservi tajjeb ukoll ta’ beneficcju ghall-genituri.

Informazzjoni tassew kurjuza li waslet ghand KullHadd din il-gimgha tghid li Triq il-Gibba f’H’Attard hija wahda tassew partikolari. Dan ghall-fatt li din it-triq inghalqet ghall-vetturi minn zewg nahat u li fiha ma tistà tghaddi l-ebda vettura hlief dik tar-residenti.

F’kazi simili wiehed normalment jistaqsi jekk dan ikunx qieghed isir ghax hemm xi xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej fit-triq, jew ghax it-triq mhix wiesgha bizzejjed biex jghaddu l-karozzi jew inkella jekk hux ghax tinsab fi stat dizastruz hafna li ssir hsara l-vetturi. Izda minn dan kollu m’hemm xejn!

L-uniku differenza li nafu biha hi li f’din it-triq ma joqghod hadd hlief il-papa ta’ l-Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju Malti fi Brussell u r-ras gholja fic-crieki tal-Partit Nazzjonalista Richard Cachia Caruana.

Meta zorna l-post iktar kmieni din il-gimgha stajna ninnotaw li dak li bosta kienu qeghdin jilmentaw dwaru kien kollu minnu. Sahansitra fost l-ilmenti li rcivejna kien hemm persuna li dabbar citazzjoni ghax kien ghaddej minn din it-triq.

Meta wasalna H’Attard u morna biex nidhlu minn Triq il-Pitkali, wehilna u sibna sinjal ta’ No Entry (ritratt lemin). Ghamilna attentat iehor biex nidhlu bil-karozza, din id-darba minn Triq is-Sienja, imma anke hawn sibna tabella ta’ No Entry (ritratt xellug).

Taht it-tabella wiehed jista’ jara avviz li jghid hekk: Closed to all vehicles in both directions except for residents. (Maghluqa miz-zewg direzzjonijiet bl-eccezzjoni ghar-residenti).

Bosta residenti ta’ l-inhawi li tkellmu maghna sostnew li ma jistghux jifhmu kif din it-triq b’wicc tajjeb hafna, kif ukoll wiesgha iktar minn bosta toroq fic-centri ta’ l-irhula li minnhom jghaddu karozzi miz-zewg nahat hija maghluqa ghat-traffiku.

Il-mistoqsija fuq fomm kulhadd kienet jekk din it-triq inghalqetx miz-zewg nahat ghax fiha joqghod missier l-“omnipotenti”. F’dan il-kaz missier Richard Cachia Caruana!

6 comments:

Anonymous said...

issa jigi xi nazzjonalist pampalun u jghid jew jitkaza ara tal labour ma min qabdu.ghax dawn hekk issibhom .anzi ma ghalaqx ir rahal kollhu ghax dan vera ragel b sahhtu .wara kollhox ma ninsewx li in nies hekk iridu kienu jafu li jekk gonzi jerga jitla,dan neputizmu ikompli ,u billhaqq smajt li dawk li bbujjaw l alfred sant l universita hadu job kastilja.hhhhmmmmm tajjeb eh .haqqom imsieken hux, ghax obdewh lil saliba ,joe saliba tiftakruh dak tal cruise ma zaren,u dak li gighel lil xi hadd johrog presscard lil green politition of the year,u iva dak li ma riedx jiehu sehem fl elezzjoni tal kunsill tal marsa u taz zejtun.ara hi hallijom jghidu lil tal labour rcc ghamilt sew fil kas ikolli bzonn nghalaq it triq tiaj nghidlek.

Anonymous said...

tal misthija f'dan il-pajjiz. il-kunsill ta' h'attard ghandu jaghti spjegazzjoni u jekk ma kienx hu li talab biex isiru one way ghandu jghamel pressjoni biex din id-decizjoni tkun revokata

Anonymous said...

Tal-biki li hawn Malta ghadna nghixu f'din is-sitwazzjoni meta suppost ghandna stil gdid ta' tmexxija! Ma' l-ewwel daqqa t'ghajn tahseb li kien xi zball, li t-triq maghluqa miz-zewg nahat. Imma mbaghad xhin tara min joqghod fit-triq, malajr tinduna! Arukaza!

Maria

Anonymous said...

Tal-misthija. Imbaghad ikun hawn min ghandu bzonn xi loading bay, reserved jew xi haga ohra bi dritt u jibqa minghajra minhabba l-burokrazija ta' l-ADT.

Anonymous said...

Jekk il-pubbliku jibqa passiv u jacceta kollox dawn affarijiet li se jibqghu jsiru

Anonymous said...

ghaddiet gimgha u ma rajt l-ebda spjegazzjoni, lanqas fil-gurnal KullHadd tal-lum.

Staqsu u itolbu spjegazzjoni please. Ma nistghu nhallu kollox ghaddej