Sunday, September 21, 2008

DIK DINJITA' !

Decizjonijiet li ttiehdu ftit tal-gimghat ilu fir-residenza San Vincenz De Paule mis-Segretarju Parlamentari Mario Galea, qeghdin iwasslu biex l-ahhar vjagg ta’ anzjani li jitilfu hajjithom f’din ir-residenza, mhux ikun wiehed dinjituz.

Ritratti li qeghdin nippubblikaw juru kif il-katavri ta’ anzjani f’San Vincenz qeghdin jithallew fil-kamra mortwarja minghajr l-icken sens ta’ dinjità.

Dawk li qeghdin nippubblikaw huma ritratti ta’ kif kien trattat il-katavru ta’ mara anzjana li tilfet hajjitha fl-età ta’ 81 sena iktar kmieni din il-gimgha.

Huma xokkanti, izda reali. Ir-ritratti juru kif ras l-anzjana tpoggiet fuq landa tat-tip li ssoltu jintuzaw biex fihom jinzamm l-ilma jew xi tip ta’ likwidu iehor bhad-dijzil.

Storja kollha fuq:
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=11978

4 comments:

Anonymous said...

Xi waqtiet nemmen li ghandna nies bla kuxjenza jmexxu dan il-pajjiz.

Anonymous said...

jiena ma nafx xi trid tkun biex taghmel dawn l affarijiet .kwazi bla kliem.

Anonymous said...

ir-ritratt li ppubblikajtu jwahxek. Dan hu r-rispett li ghandna lejn l-anzjani taghna f'dan il-pajjiz.

joanne said...

li kieku ma tarax b'ghajnejk lanqas biss temmen dak li jkun qieghed jigri