Monday, September 15, 2008

Jissoktaw il-problemi fil-kamp Hamruniz

Mis-sezzjoni sportiva tal-gurnal KullHadd

Wara l-istagun sodisfacenti li kellhom is-sena l-ohra Hamrun Spartans, fejn spiccaw anke finalisti ghat-Tazza ta’ l-FA Trophy, jidher li l-istagun 2008/2009 mhux se jkollu l-ahjar bidu ghat-tim maghruf bhala “Ta’ Werwer”. Apparti l-wirjiet xejn impressjonanti fl-ewwel zewg loghbiet taghhom, fejn kisbu biss punt wiehed kontra Floriana f’loghba li ntemmet minghajr gowls, issa jidher li l-problemi fil-kamp Hamruniz huma wkoll amministrattivi.

Imkejjen infurmati tajjeb stqarrew li l-ewwel kontroversja li nqalghet kienet bejn il-kumitat u l-eroj Spartani Stefan Sultana qabel il-loghba ta’ kontra s-Sliema, liema loghba rat lil Sultana fuq il-bank tas-sostituti ghal hin twil, minkeja li l-attakkant ewlieni Gaetan Spiteri kien sospiz. Jirrizulta li wara l-loghba kontra s-Sliema, li Hamrun tilfu bl-iskor ta’ 2-0 b’ragel aktar fil-grawnd, il-kumitat tal-Hamrun iffacja zewg rizenji. KullHadd huwa infurmat li l-ewwel rizenja kienet tat-tezorier Manuel Fenech.

Din ir-rizenja waslet wara argument bejn Fenech u l-President Gejtu Cuschieri ftit tal-hin wara li ntemmet il-partita f’Ta’ Qali. Manuel Fenech huwa missier zewg prodotti importanti tal-Hamrun, Ryan u Roderick Fenech, li jiffurmaw parti mit-tim regolari.

Wara li ntemm l-istagun li ghadda, Manuel Fenech kien ikkritikat min-numru ta’ ufficjali Hamrunizi wara l-ahbar li kien ghaddej b’diskussjonijiet ma’ Victor Sciriha dwar il-possibilitĂ  li Ryan Fenech jinghaqad ma’ Valletta. Issa jidher li l-argument bejn il-President u Manuel Fenech faqa’ l-buzzieqa u wassal ghal din ir-rizenja.

Izda dan ma kienx kollox hekk kif sorsi qrib il-kamp Hamruniz komplew jghidu lil KullHadd li fl-ahhar jiem irrizenja wkoll is-Segretarju tal-klabb Sean Scicluna. Ghadu mhux maghruf x’wassal ghal din ir-rizenja, izda dawn l-izviluppi kollha marbuta mad-dizgwid li hemm fil-kumitat tal-Hamrun, qed ihassbu lill-partitarji Hamrunizi u lil kull min ghandu ghal qalbu l-futbol Malti.

Illum l-Ispartans jiltaqghu kontra Marsaxlokk fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fejn mistenni jirritorna l-attakkant zaghzugh Gaetan Spiteri. Min-naha taghhom l-Ixlukkajri mhumiex neqsin mill-kontroversja hekk kif jidher li tezisti tensjoni mal-kowc Brian Talbot. Marsaxlokk jinsabu fl-istess sitwazzjoni tal-Hamrun f’dawk li huma punti, wara dro ma’ Hal Qormi u telfa mac-Campjins Valletta. Fil-loghba ta’ hbiberija bejn dawn iz-zewg timijiet, Hamrun hargu rebbieha bl-iskor ta’ 1-0, fl-okkazjoni tal-ftuh ufficjali mill-gdid tal-Victor Tedesco Stadium.

1 comment:

Anonymous said...

JIN BHALA MEMBRU U SAPORTER KBIR TAL HAMRUN SPARTANS HA NWIGBEK FUQ AROGANZA U HDURA LI KTIBT FUQ IT TEAM GHAZIZ TANA FIL KLAB TANA OQOD FUQ KLIMI LI MANDNA LEBA KRIZI SISA GHANZI QEDIN FIT TRIQ IT TAJBA HAFNA DWAR STEFAN TKOMPLIX TIGDBU FUQU AX QED TWEGAWH HAFNA MIL KUMENTI TAKOM AX STEFAN MA KELU EBDA ARGUMENT MAL KLAB TANA U LAQAS MAL KUMITAT U JEK TRIDU TAFU AKTAR CEMPILU BHAL MA AMILT DWAR ARGUMENT LI INQALA TA RYAN MANDA XTAQSAM XEJN MAL KAXXIR TANA U IL KAXXIR ADU FIL KUMTAT AX IR RIZENJA MA LAQAWILUX U GHADU MANA U DWAR IS SEGRETARJU GIDBA KBIRA MIN NAHA TAKOM AX IS SEGRETARJU EM ADU U EM HA JIBQA MANA U MIN QED IWASALEK DAWN LAHBARIJIT AJDLU AHJAR IKUN JAF XINU JADLEK