Sunday, September 21, 2008

Kixfu l-passwords tal-Gvern

B’mod esklussiv KullHadd jista’ jizvela ghall-ewwel darba li l-investigazzjoni li tnidiet ftit tal-gimghat ilu fl-agenzija governattiva MITTS, titratta kaz serjissimu ta’ kxif ta’ passwords ta’ emails ta’ ministeri, membri parlamentari, ufficjali governattiv u impjegati kollha li jahdmu fis-settur pubbliku u cioe dawk kollha li ghandhom il-posta elettronika taghhom tispicca bil-gov.mt.

Dan il-gurnal tgharraf li l-gvern qieghed jaghmel sforz qawwi biex izomm mistur dan il-kaz serju u li hu ta’ theddida kbira ghall-informazzjoni kunfidenzjali kollha tal-gvern u li setat inharget (leaked) minn xi persuni esperti fl-informatika.

Id-data kunfidenzjali tal-gvern taht theddida

B’rabta ma’ dan il-kaz, dan il-gurnal jista’ jizvela wkoll li huma l-persuni fid-dipartiment tas-Service Management Department fil-Malta Information Technology and Training Services (MITTS) li qeghdin jigu investigati dwar possibilità ta’ leakage ta’ data li seta’ kien hemm minn diversi persuni specjalizzati.

Izda KullHadd jinsab infromat li min-naha taghhom il-pulizija mhux qeghdin jeskludu li hemm akatar persuni involuti minn dak li ntqal s’issa u li jista’ jinkludi persuni ohra minn dipartiment differenti fil-MITTS.

Fil-fatt il-kaz tant hu serju li hemm numru kbir ta’ persuni li qeghdin jghinu lill-pulizija fil-istharrig taghhom.

Aqra l-istorja kollha u kkummenta:
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=11982

11 comments:

Anonymous said...

Kaz serju,specjalment meta jiftakar it-taghrif kunfidenzjali li jkun ghaddej f'kazi bhal dawn.

jesmond said...

il gvern ghandu jghid x gara. ghaliex gara? u kif? u nipretendi li media f pajjizna issegwi dan il kas hekk serju ? nixtieq inkun naf x konsegwenzi se jkun hemm fuq din l istorja.f dal pajjiz hadd ma jista jostor dawn li stejjer l ebda media

Charmaine said...

Dan huwa kaz serju hafna u f'kazi bhal dawn ghandu jkun hemm spjegazzjoni ufficcjali min-naha tal-gvern.
Mijiet ta' persuni li jghamlu uzu mill- e mail @gov.mt ghandu jkollhom mohhom mistrieh

Anonymous said...

Min jaf is-sigrieti li nkixfu humiex tal-Gvern jew ta ħaddieħor.
Jista jkun li l-Gvern mhux jara periklu ghax kollox ser jibqa jinżam sigriet dwar in-nies u x-xogħol tiegħu. Iżda mhux dwar oħrajn.
Jista jkun li min abbuża kellu ir-riħ fil-qala.
Flimkien kollox possibbli.
Nistennew u naraw.

Anonymous said...

hafna membri ta' l oppozizzjoni wkoll juzaw l-email @gov.mt. Wiehed ma jeskludix li dawn kellhom l-email taghhom imbghabsa wkoll. Gonzi jrid jaghti spjegazzjoni immedjata dwar dan il-kaz, ma jistax jibqa' sieket. Fejn hu Austin Gatt f'dan kollu u Claudio Grech?

Anonymous said...

jien peruna impjegat f'dipartiment tal-gvern u ninsab ferm inkwetat b'dak li qrajt fil-gurnal taghkom. fuq ix-xoghol illum kulhadd mohhu inkwetat li l-email tieghu jew taghha setghet giet miftuha minn dawn in-nies. nitlob lil ministru jispjegalna car u malajr x'gara u ma garax. fl-istess waqt nissugerxxi lill-haddiema shabi biex jaghmlu uzu mill-inqas mill-email tal-gvern. jien tlift il-fiducja kollha.

haddiem mal-gvern

Mariella said...

Kaz serju hafna. Naf min jahdem fil-qasam ta' l-IT u ddeskriva dan il-kaz bhala wiehed allarmanti. Il-gvern ghandu jaghti spjegazzjoni dwar dan.

joe f said...

Appena jiftah il-Parlament ghandha ssir stqarrija ministerjali dwar dan il-kaz biex b'hekk il-poplu jinghata sodisfazzjon ta' x'inhu jigri. Dan jista' jkun kaz serju ta' spjunagg.

Anonymous said...

Qeghdin tqajjmu paniku ghal xejn

jesmond said...

ghaliex ? qed jirrangaw kollox baxx baxx jaqaw?

Anonymous said...

Li kieku nkixfu biss hwejjeg tal-laboristi il-gvern kien ikollu jirizenja MIET GAT skuzi zball MITTGATE rrid nghid.