L-ezercizzju li permezz tieghu il-gvern iddecieda li jzid il-piz fuq il-familji Maltin u Ghawdxin billi jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kien iddominat minn diversi U-Turns li saru mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u mill-Ministru Austin Gatt mill-bidu sa’ l-ahhar ta’ dan il-process.
Kienet sorpriza ghal hafna li l-gvern iddecieda li jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, mhux biss ghax dawn iz-zidiet qatt ma ssemmew tul il-kampanja elettorali, imma wkoll ghax kemm Lawrence Gonzi, kif ukoll Austin Gatt, fil-passat ricenti dejjem qalu li ma kinux jaqblu ma’ ezercizzju simili.
F’artiklu fil-gurnal “The Times” ta’ nhar il-Gimgha Austin Gatt kiteb hekk: “Dak li l-kritici jonqsu milli jispjegaw, huwa, li filwaqt li jammettu li l-flus biex nixtru z-zejt u nhallsu ghall-ispejjez ta’ l-Enemalta jridu jigu minn x’imkien, ifallu milli jispjegaw kif.”
Izda l-istess Austin Gatt kien jitkellem b’mod car hafna kontra l-idea li dawn il-flus ghandhom jigu mit-tariffi. L-istess Austin Gatt kien qal hekk f’laqgha ta’ diskussjoni fil-Mellieha fis-sena 2004.
“L-innefficjenzi li ghandha l-Enemalta u li nafu li ghandha u li ghad irridu nbidluhom, in-nies zejda li ghandha l-Enemalta, it-telf li ghandha l-Enemalta mis-serq ta’ l-elettriku, dawk li nsejjhulhom technical losses, hemm hafna affarijiet x’tirranga. Ghalih Fredu facli. Bellghu lill-poplu Malti dan, thabbilx rasek, itfghu fit-tarriffi u hallihom gholjin,” kien qal Austin Gatt.
Mhux biss. Austin Gatt kien zied jaghmilha cara li maz-zieda fit-tariffi hu ma kienx jaqbel: “Ahna qeghdin nghidu mhux hekk irid isir,” qal l-istess Austin Gatt, f’dikjarazzjoni li tista’ tara fuq www.kullhadd.com .
Id-dikjarazzjoni ta’ Austin Gatt hija simili ghal dik ta’ Lawrence Gonzi meta fil-bagit tas-sena l-ohra qal li jkun qieghed iqarraq bin-nies jekk inehhi s-surcharge u jzid it-tariffi.
Austin Gatt kellu jibla kliemu wkoll fuq il-kwistjoni tal-caping ghax wara jiem jghid li se jnehhi l-capping biex ic-cittadin ma jibqax jissusidja l-industrija, il-capping ma tnehhix.
Monday, November 3, 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
7 comments:
Nahseb li hija tal-misthija kif il-gvern staha jsemmi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fil-bagit tal-bierah. Bhal li kieku dak mhux piz li se jgorr il-poplu u li l-gvern se jdahhal miljuni minnu biex ikun jista jghamel tajjeb ghal hela ta' qabel l-elezzjoni
Qieghed nistenna s-sejha ta’ Gejtu Vella u l-Union Haddiema Maghqudin biex nipprotestaw kontra Gatt u Gonzi ghax fil-bagit tal-bierah ma kien hemm l-ebda kumpens xieraq ghaz-zieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. L-ebda Lm9 zieda hbieb.
C Calleja
Insew kemm ghajru lill-Partit Laburista bla ruh socjali. Bla ruh socjali minn rega’ prezenta bagit kollu taxxi ghax ghaddiet l-elezzjoni generali.
Taparsi nehha t-taxxa ta’ registrazzjoni u se jkisser lil poplu biz-zieda fil-licenzji. L-importaturi se jgawdu. Bhal mhu se jgawdu l-importaturi ta’ l-ispirti. Il-haddiem min-naha l-ohra se jgorr il-pizijiet tad-dawl u l-ilma u bizibilju ta’ taxxi ohra. Issa tigi s-sena ta’ qabel l-elezzjoni u jrixx ftit bzar. Hekk gabuh lill-pajjiz tal-mickey mouse.
NILHQU NINSEW SA L ELEZZJONI. HA NARAW NHAR IL HADD KEMM HA JATTENDU UNIONS,JITWERWRU MILL PN . TAPARSI JIDDEFENDU L HADDIEM. POPLU MAZZUN DAQS DAK MALTI QATT M EZISTA
iktar pizijiet u iktar pizijiet. dak kien ifisser il-bagit. wara li kellna l-bomba tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma issa iz-zieda esagerata fil-licenzji tal-karozzi. u min se jkun affewat l-iktar? Bhas-soltu, z-zghir. Min ma jiflahx ihallas karozza gdida kull hames snin.
In-negozji diga qeghdin jiffacjaw sfidi kbar. Ahseb u ara la jibdew jaslu l-kontijiet gholjin. Il-gvern qieghed ikisser l-ekonomija tal-pajjiz minflok jara kif se jkabbar il-gid.
Post a Comment