Monday, October 27, 2008

Importaturi tal-medicini jirrifjutaw li jnaqqsu l-prezzijiet

Konsegwenza ta’ nuqqas ta’ rieda politika li jigi infurzat mekkanizmu li kien hemm qbil dwaru fil-Kumitat tal-Medicini sentejn ilu, ghexieren ta’ medicini li nstabu li qeghdin jinbieghu bl-ghali mill-Consumer and Competition Division, baqghu sallum jinbieghu bl-ghali.

Ir-raguni hija li l-gvern naqas f’dawn is-sentejn milli jdahhal ligi li permezz taghha jobbliga lill-importaturi li jrahhsu l-prezzijiet tal-medicini skont il-mekkanizmu li l-gvern u dawk kollha rapprezentati fil-Kumitat tal-Medicini qablu dwaru sentejn ilu.

Il-holqien tal-mekkanizmu sehh biex jigu kkontrollati l-prezzijiet tal-medicini f’Malta li jinbieghu minn spizerji privati billi jitqabblu mal-prezz medju Ewropej li jkun stabbilit wara stharrig estensiv li jkun sar mid-Divizjoni tal-Konsumatur.

KullHadd jinsab infurmat li minn stharrig li sar mid-dipartiment, fuq 550 medicina, instab li mal-160 kienu qeghdin jinbieghu bi prezz oghla mill-prezz medju Ewropew. Dan biex sa qabel l-elezzjoni generali, id-dipartiment rahhas il-prezz ta’ madwar 60 medicina bi qbil ma’ l-importaturi.

Izda mill-elezzjoni ‘l hawn ma rahsitx medicina ohra. Dan il-gurnal tgharraf li mill-160 medicina li xhur ilu nstabu li qeghdin jinbieghu bl-ghali, 100 baqghu jinbieghu bl-istess prezz.

8 comments:

jesmond said...

dal gvern ma jista qatt jikkontrolla l prezzijiet ghar raguni li l pn jista jissejjah centru lemini imma qatt ma jista jkun centru xellugi u hawn id differenza ix xellug ghal qalbu n nies, l uman, il bniedem l ewwel, u l qalb socjali thabbat fuq ix xellug. dan qed narawh anki fil kwistjoni tat tariffi tad dawl u l ilma, ghandek il gvern li faqa l ene malta ghax tul 20 sena qajla ghamel xi haga biex jilqa ghal isfidi li dehru min qabel li kienu gejjin fuqna.ghandek l mlp itambar fuq il poplu ,x se jhoss, kif ha jintlaqat.umbad il pn, irid isolvi l problema bil piz fuq il poplu. kemm iddandnu fuq in net ghal iskema tal medicini mill ispizeriji WAQFET.ghamlu bord biex jikkontrolla l prezzijiet tal medicini MAGHDUX JILTAQA .meta ha tiftah ghajnejk ja zghazuh ja polpu qum fuq tighek, qum mil loppju.

Charmaine said...

Il-poplu ghandu jinghaqad fil-manifestazzjoni nazzjonali mhux biss minhabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma imma minhabba diversi ragunijiet. Din ghandha tkun ukoll wahda minnhom.

Anthony said...

mela issa ghandna konferma li d-dikjarazzjonijiet ta' Gonzi fuq il-fosos biex il-gurnalisti jtuh l-informazzjoni biex jinvestiga kienu biss gimmick ta' qabe l-elezzjoni

Anonymous said...

il-gvern ma jistax jaqbad u jimponi fuq il-privat mhux billi taqbdu u tiktbu

Anonymous said...

Il-gvern ghandu jkun it-tarka tal-konsumatur u ghandhom jezistu regolaturi serji u li jkollhom ir-rizorsi biex jahdmu u mhux regolaturi bla snin

mario said...

Il-poplu ghandu jinghaqad fil-manifestazzjoni li sejjah Joseph Muscat biex bhal ma jsir f’pajjizi ohra jaghti messagg car li mhux se jhalli lil Lawrence Gonzi u l-Ministri tieghu jirromblaw minn fuqu

jesmond said...

habib anonimu jekk il gvern ma jistax jaqbad u jimponi nassigurak li mhux il kas ghax il gvern ftahar hafna li qabad xi 2 jew 3 jabbuzaw mill prezzijiet tal medicini ,imma dan propoganda kien ghax kienet gejja l elezzjoni.ghalmenu il gvern irid ikollu rieda politika li jghamlu dal pass imma nassigurak li l gvern qajla jinteressah u qatt ma nteressah ghax ghalieh is suq isuq

Anzjan said...

Piz iehor fuqna l-anzjani li l-gvern ma jiddenjax ruhu jnehhi.