Monday, November 3, 2008

Carmen Bouharis, mara ta’ 50 sena minn Bormla li sa ftit anqas minn sentejn ilu kienet tbiegh is-sahha, spiccat illum f’qiegh ta’ sodda wara li hadet l-infezzjoni qawwija ta’ l-MRSA mill-Isptar San Luqa fi Frar 2007.

F’darha f’Bormla, Carmen tirrakkonta b’emozzjoni dak li ghaddiet minnu f’dawn l-ahhar sentejn mindu t-tobba gharrfuha li kienet se tibqa’ dizabbli ghal ghomorha konsegwenza ta’ l-MRSA – mikrobu li huwa rezistenti ghall-antibijotici.

Skont studju mxandar ftit tax-xhur ilu f’gazzetta awtorevoli Ingliza, kien zvelat li pajjizna kellu fost l-aghar rati tal-mikrobu ta’ l-MRSA fl-Ewropa fl-2006.

Mitluba tirrakkonta x’sehh sena u nofs ilu fl-isptar San Luqa, Carmen sostniet li l-jum ta’ 24 ta’ Frar huwa wiehed li ma tista’ tinsa’ qatt..

“Kien is-Sibt u magenbi kien hemm soru fil-ward. Ghidtilha ha nqum ninhasel u kif appena poggejt saqajja ma’ l-art biex immur niehu shower, xi haga hargitli minn idejja, zammewli saqajja u waqajt ma’ l-art,” qalet Carmen.

Qalet li dak il-hin ma kienet taf b’xejn dwar dak li ghaddiet minnu. Minn dak li rrakkontawlha l-qraba taghha, Carmen qalet li haduha l-GDW, sala tal-mikrobi u ordnawlha l-MRI ghax minn testijiet ohra ma beda jirrizulta xejn.

Hawnhekk Carmen iddur u tohrogilna s-sommarju tal-kaz taghha fejn urietna li kien ir-rizultat ta’ l-MRI li stabbilixxa li hadet il-mikrobu ta’ l-MRSA.

Nistaqsuha kif tgharrfet li sfat vittma ta’ dan il-mikrobu, Carmen taghmel dikjarazzjoni b’sahhitha u tistqarr:

“Wara li gejt f’sensijja, kienu digà operawni. Meta tlajt l-M8 bdejt nara dik il-haga li kont dejjem bin-nappy, ghax hemm qisni bdejt nigi f’sensijja. Ghidtilhom x’gara? Ma nistax nimxi? Ippruvajt inqum biex nimxi u ma stajtx. Qaluli le. Issa gejt disabled. Tohodiex bi kbira.”

Carmen tghid li minn dak in-nhar ‘l hawn ma setghet tiehu r-ruh qatt.


Aqra l-intervista u sewwi fimati fuq : http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=12145

3 comments:

Anonymous said...

Mhux din biss ghamlu U-Turn. Ghax l-ikbar U-Turn ghamluha meta tikkonsidra kemm fis-sena 1997 ghajru lil partit laburista bla ruh socjali.

U biex nkun car parti minn din il-U Turn issa hemm ukoll union ewlenija f'pajjizna

Anonymous said...

bhas soltu l-gvern mhux se jaghti kumpens xieraq fiz-zieda ta' l-gholi tal-hajja. Qum ja poplu. Ibghat messagg li issa daqshekk

Anonymous said...

Dawn iz-zewg posts kellhom jidhru ma' l-istorja "U-Turns kbar minn Gonzi u Gatt"