Sunday, September 28, 2008

REFEREE MALTI INVESTIGAT B'TIXHIM

Referee ewlieni f’pajjizna u kowc li sa ftit tal-jiem ilu kien jikkowcja tim tat-tieni divizjoni mistennija jitressqu l-qorti fejn se jigu akkuzati b’koruzzjoni fil-futbol, jistà jizvela b’mod esklussiv KullHadd.
Imkejjen infurmati sew fid-depot tal-pulizija qalu ma’ KullHadd li kemm ir-referee u kemm il-kowc Albaniz, li f’pajjizna laghab ukoll bhala plejer, kienu fl-ahhar jiem interrogati mill-pulizija. Jirrizulta li wara stharrig li dam ghaddej diversi gimghat issa l-pulizija ghandha provi bizzejjed biex fi zmien li gej tressaq lil dawn iz-zewg persuni l-qorti.

Kien fil-laqgha generali ta’ l-MFA li saret f’Lulju li ghadda li ghall-ewwel darba ntefa’ dawl fuq dan il-kaz ta’ korruzzjoni. Dak in-nhar, f’diskors li hasad lil bosta, il-President ta’ l-MFA Joe Mifsud kien qal li kienu ghaddejjin l-investigazzjonijiet dwar attentat ta’ korruzzjoni fil-futbol Malti u kien sostna li l-kaz kien ghaddieh lill-pulizija.

Ghalkemm dak in-nhar ma kienux zvelati l-ismijiet tat-timijiet involuti iktar tard irrizulta li dawn kienu Marsaxlokk u NK Slaven Koprivnica u l-loghba kienet dik li ntlaghbet f’pajjizna nhar it-18 ta’ Lulju u li Marsaxlokk tilfu bl-iskor ta’ 4-0.

Dan il-gurnal jistà jikkonferma kif ir-referee involut huwa referee ta’ esperjenza kbira tant li ilu ghal diversi snin rikonoxxut ukoll bhala referee tal-FIFA fejn sahansitra rrefja fost l-aqwa timijiet internazzjonali fid-dinja. Bhalissa huma biss erba’ r-referees Maltin li bhalissa huma rikonoxxuti mill-FIFA u li ghalhekk jirrefjaw loghob internazzjonali.
Mill-investigazzjoni tal-pulizija jirrizulta li dawn iz-zewg persuni avvicinaw gowler ta’ Marsaxlokk biex f’kaz li jkun hu li jiddefendi l-lasti tat-tim tieghu fil-konfront imsemmi jkun hemm ftehim fuq l-iskor li bih kellha tispicca l-loghba. Dan bl-iskop li jitnlaghbu l-imhatri fuq dak maghruf bhala l-“correct score” tal-loghba u jintrebhu ammonti kbar ta’ flus.

L-imkejjen taghna sostnew kif mill-investigazzjoni rrizulta li dan il-gowler m’accetax l-offertà li saritlu.

Kontra l-impressjoni li setghet inghatat, il-pulizija m’ghandha l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi ufficjali mill-klabb ta’ Marsaxlokk jew l-MFA li setghu kienu involuti. Minflok hija l-ahbar li referee ta’ statura li se jkun qieghed jitressaq il-qorti, li se tahsad bil-kbir lil dawk involuti fil-loghba tal-futbol u s-segwaci tal-kampjonat Malti.

6 comments:

Anonymous said...

nuqqas ta' rispett lejn dawk li jhallsu l-flus biex kull weekend jiltaqghu Ta' Qali

Anonymous said...

Dawk li jibqghu jaghtu kaz il-futbol ikunu mgienen totali. It-tahwid ilu snin u kull sena jidher - l-iskuza izda dejjem tkun - Rizultat sorpriza! - ma nafx meta l-flus li jintremew u jinharqu fil-futbol se jibdew jintuza w ghal affarijiet aktar utli!

Anonymous said...

ilna nisimghu bil-problemi simili fil futbol. Forsi dan il-kaz iservi ta' messagg

Anonymous said...

Nghid is-sew x'hin qrajt din l-istorja ma kontx bil-wisq sorpriz. Fosri ghax kont ilni snin nitla' ta' qali u kont nibqa' ftit imbellah bid-decizjonijeit li kienu jittiehdu minn xi referrees. issa nittama li bil-passi li se jittiehdu kontra dan ir-referee u ex kowc, ikun hemm min jibda joqghod lura....!

Anonymous said...

waqt li nifrahlek ta' l-istejjer investigattivi li qieghed ikollok fil-gurnal, ninsab konvint li kellek l-ismijiet ta' dawk involuti. Ma' nafx x'inhi r-raguni li qadtu lura milli semmejtuhom. forsi ghax ghadhom se jittresqu? Nistaqsi

Anonymous said...

dejjem tisma tak inxtara, dak mixtri, dak tawh hekk,qatt ma sar xejn qatt ma ngiebu provi.jiccassawni kif jibqaw immorru ll grawnd in nies .jalla jekk hemm min irid ihallas ta ghemilu ihallas jekk xejn b rispett ta min f xita u xemx bard u shana jitla l grawnd jara 24 RAGEL jghatu spettaklu xieraq.l appell tighei hu li ma nitfawx lil kullhadd f keffa wahda .bhal f kollhox kull razza fija l paljazza