Sunday, September 28, 2008
L-ETC spiccat bla flus
Minghajr ebda pre-avviz, il-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig waqfet l-iskema ta’ sussidju fuq tahrig ghall-impjegati kollha ta’ l-intraprizi zghar hafna. Dan hekk kif l-ETC spiccat nefqet il-bagit allokat lilha ghal din is-sena.
L-iskema ta’ tahrig msejha bhala Training Subsidy Scheme for Employees in Micro Enterprises kienet parti mill-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Impjiegi u kellha l-ghan li tassisti lill-persuni li jahdmu ghal rashom (self-employed) u lill-persuni impjegati f’intraprizi b’anqas minn 20 haddiem.
Minn taghrif li ghandu KullHadd jirrizulta li l-ETC kienet taghti rifuzjoni sa 75 fil-mija tan-nefqa totali li tkun ghamlet persuna elegibbli ghal din l-iskema biex tharrget f’xi kors partikolari sa massimu ta’ €466.
Minkejja dan, persuni li tkellmu ma’ dan il-gurnal qalu li meta gimaghtejn ilu marru l-MCAST biex japplikaw ghal din l-iskema, kienu infurmati li l-ETC harget struzzjonijiet biex ma jintlaqghux aktar applikazzjonijiet ghal din l-iskema.
aqra l-istorja fuq :
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=12000
u ghid tieghek fuq dan il-blog
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
dan huwa ezempju iehor ta' kif il-gvern uza flus il-poplu biex "jixtri" l-voti qabel l-elezzjoni u issa spiccalu kollox.
Hasra li huwa c-cittadin li jbaghti minn dan kollu.
nistaw najdu li din is sitwazzjoni tirrifletti sew dal pajjiz kif jahdem. l aqwa li fethu bini gdid u mar l onorevoli ministru bil festin inkluz.
JAQQ dal pajjiz .
kull poplu jtella l gvern li jixraqlu.
nostra culpa
Post a Comment