Sunday, August 3, 2008
Tizzarma skema ohra ta' l-awtorita' tad-djar
Skema li l-gvern wieghed li se jinvesti fiha s-somma sostanzjali ta’ seba’ miljun ewro (Lm3 miljuni), twaqqfet wara sentejn u tliet xhur meta l-gvern kien ghadu nvesta biss l-ammont ta’ 617,283 ewro (Lm265,000).
F’nota ckejkna ta’ erba’ linji fuq il-Gazzetta tal-Gvern, ta’ nhar l-Erbgha 29 ta’ Lulju, thabbar li l-Awtorità ta’ Djar ghalqet l-iskema ta’ Rigenerazzjoni Urbana.
“B’riferenza ghall-iskema ta’ Rigenerazzjoni Urbana li tnediet mill-Awtorità tad-Djar f’Marzu 2006, l-awtorità tgharraf lill-pubbliku in generali li b’sehh immedjat din l-iskema hija maghluqa,” habbar il-gvern fil-Gazzetta tal-Gvern.
Meta tnediet kien intqal li din l-iskema kienet intenzjonata biex l-Awtorità tad-Djar jkollha iktar rizorsi biex tghin lil dawk li jkunu qeghdin ifitxxu fejn jghixu kif ukoll biex ikunu rigenerati l-qlub ta’ l-irhula f’Malta u Ghawdex.
Aqra l-istorja fuq www.kullhadd.com u kkummenta fuq dan il-blog
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
8 comments:
xejn hlief ingann mil-Lawrence Gonzi u shabu. U hafna qeghdin jheddew jiddiskutu l-Partit Laburista meta hemm tant fejn ikun attakkat il-gvern. Haga ta' l-iskantament.
Jien nahseb li wara dan l ingann ta Gonzi ghana nireagixu specjalment il Union un morru ghal Strajk Generali forsi xi darba ingijbu dan Gvern f sensieh u ma jibqax ghadej min fuqna bhal romblu
Nixtieq inkun naf liema weghda ghamel il partit nazzjonalista qabel l ellezjoni u li saret jew jekk ma zarmatc.
Il gvern ghandu igib rispett lejn l inteligenza tal poplu MALTI u mhux jitmejel bieh
Il poplu ghandu jiehu nota ta' dawn l-affarijiet mhux jaljena ruhu b'affarijiet ohra, meta fil-fatt dawn huma l-iktar affarijiet li f'hajtu jghamlu differenza
Donnu John Dalli qieghed jghamel li jrid. Ghalkemm anke Lawrence Gonzi jidher komdu b'dak li ghaddej. Li hu zgur hu li ghad hafna promessi x'jinkisru.
Berlusconi fil-presenza ta'Gonzi stqar li l-Italja qed tfittex pajjiz girin biex tibni "power station" nuklejari. "power station Taljana f'art barranija" Jista ikun li ghal xi raguni jew ohra ma tistghax tinbena wahda fuq art Taljani. Ghalhekk x'inhi it-tifsira li Berlusconi semma dan il-progett Taljan proprju fil-presenza ta'Gonzi Prim Ministru ta' Malta. Tohrog wieheda
it-tweggiba li saru diskussjonijiet fuq is-suggett.
Immoru ftit jiem lura. Il-Ministru Gatt semma li ghandu l-hsieb li jinxtara l-eletriku mill-Italja permezz ta' cable taht il-bahar.
Din haga probabli li ssemmiet bejn Gonzi u Berlusconi. Ir-rejazzjoni ta'Berlusconi kienet spontaneja, gitu ix-xoqqa f'moxta. Nibnu "power station" nuklejari f'Malta li tinqeda biha Malta u tkun l-Italja li tiehu l-eltriku minnha ghax tkun tal-Italia.
Ma nisthajjilx li mhux ragunar tajjeb. Mil-partit Nazzjonalista nistennew minn kollox, ukoll li jeqred Malta b 'bini ta' "power station nuklejari". X'aktarx li l-P.N. jaf li qieghed fl-ghaxja tal-mewt.
Cikku ix-xih
Dan gvern bla ruh socjali li jipprova jaljena l-poplu minn dak li verament ikun qieghed jigri u jaffetwah, bhal ma gara f’dan il-kaz
Clayton
Hafna weghedi li baqaw ma twetqux, qabel jien kont nghid once bitten twice shy pero llum il-gurnata li tibqa tara gvern li dejjem iwieghed, ma jwetaq qatt u jibqa fil-poter jibdew johorgu certu mistoqsijiet! Ejjew nahdmu lkkoll flimkien sabiex bil-proposti tghna nkunu vermanet gvern alternattiv fejn imexxu l-agenda taghna anka mill-opozzizjoni.
Post a Comment