Thursday, August 14, 2008

Iktar permessi f'ODZ


l-Bord ta’ l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) witta t-triq ghal qerda assoluta ta’ ‘l fuq minn 31,500 metru kwadru ta’ art agrikola f’zona barra mill-izvilupp (ODZ) biex fuqha jinbeda l-izvilupp ta’ sptar privat gdid bejn Hal Tarxien u z-Zejtun, jista’ jizvela KullHadd.

Minkejja d-dikjarazzjoni ta’ Lawrence Gonzi, politikament responsabbli mill-awtorità biex ikun hemm aktar kontrolli fuq l-applikazzjonijiet tal-izvilupp f’ODZ, gimaghtejn ilu beda x-xoghol ta’ tnehhija ta’ hamrija minn ghexieren ta’ ghelieqi li hemm bejn iz-zoni maghrufa bhala “Tal-Hotba” u “Il-Hofra l-Hamra” qrib l-Exchange tal-Go fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel.
Din il-gimgha KullHadd zar is-sit li fuqu it-tabib Josie Muscat, eks deputat Nazzjonalista u mexxej ta’ l-AN qieghed jippjana li jibni l-isptar privat gdid tieghu biex jiehu post dak li ghandu f’Haz–Zabbar.

Minn stharrig li ghamel dan il-gurnal jirrizulta li ghalkemm Muscat ghad m’ghandux il-permessi kollha mehtiega ghall-bini ta’ dan l-isptar, fl-14 ta’ Frar li ghadda, il-Bord tal-MEPA hariglu l-permess permezz ta’ applikazzjoni bin-numru 03472/07 biex jibda jwaqqa’ binja li kien hemm u jeskava l-ghelieqi sal-livell ta’ fondazzjoni.

Ingenji tal-kuntrattur jeskavaw is-sit

F’xemx tizreg u mghottija wara hajt tal-briks li ttella’ tul is-sit kollu li fuqu hemm propost l-izvilupp, KullHadd seta’ jinnota bosta ingenji tal-kuntrattur imqabbad jaqla’ l-hamrija mill-ghelieqi u titqieghed f’munzelli fuq wara ta’ l-istess sit.
Interessanti l-fatt li ghalkemm is-sit jinsab f’Zona Barra mill-Izvilupp (ODZ) l-ufficjal tal-kaz irrakkomanda lill-bord tal-MEPA biex jinhareg il-permess ghax-xoghol ta’ skavar.

Aqra l-istorja kollha u kkummenta :
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=11807

No comments: