Thursday, August 28, 2008

Reazzjoni konfuza ghall-ahhar mill-PN


Din il-gimgha spikkat ir-reazzjoni ghal darba'ohra konfuza ghall-ahhar u minghajr ebda direzzjoni minn naha ta’ l-istrategisti tal-PN ghall-proposta tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat biex l-età tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tinzel ghal 16-il sena.B'mod immedjat, wara li nhar it-Tnejn deher f'The Times l-artiklu ta' Joseph Muscat fejn tressqet din il-proposta, bhas-soltu l-istrategisti tal-PN taw bidu ghal kampanja ta' attakki u ta' kritika.


KullHadd huwa informat li l-ewwel decizjoni kienet li ma kienx jaqbel li l-PN jidher li kien hu li b'mod ufficcjali qieghed imexxi din il-kampanja.Ghaldaqstant, l-attakki saru fil-bloggs fuq l-internet minn opinjonisti maghrufa ghall-kritika harxa taghhom kontra kull haga li ghandha x'taqsam mal-Partit Laburista, fosthom Daphne Caruana Galizia u Andrew Borg Cardona.Caruana Galizia minbarra li ddeskrivit liz-zghazagh ta' 16- il sena bhala nies li jkunu ghandhom ma jistghux jahsbu, qabblet lil Joseph Muscat ma' traffikanti tad-droga u ma' dawk li jimmanifatturaw is-sigaretti u l-alkohol ghaz-zghazagh ghalx skond hi, il-Mexxej Laburista jaf li l-eta ta' 16-il sena, hija età krucjali biex iz-zghazagh jaqbdu dawk li sejhet bhala vizzji hziena hafna. Andrew Borg Cardona minn naha tieghu sejjah il-proposta li l-età tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tinzel ghal 16-il sena bhala superficjali u li ghalkemm tinstema’ sabiha, m'ghandha ebda bazi.Minkejja din l-istrategija negattiva minn naha tal-PN, ir-reazzjonijiet tal-pubbliku, specjalment taz-zghazagh u l-ghaqdiet taghhom, ghall-proposta tal-Mexxej Laburista kienu mill-iktar pozittivi. Mill-informazzjoni li ghandu KullHadd jirrizulta li quddiem dan kollu, l-istrategisti Nazzjonalisti kellhom ibiddlu l-attitudni taghhom u minflok qablu li l-PN ghandu jipprova jiehu, b'mod ufficjali, permezz tal-fergha taz-zghazagh tieghu, l-MZPN, il-krettu ghal dak li kiteb Joseph Muscat f'The Times. Biex jippruvaw isewwu l-hsara li inholqitilhom bil-kritika ta' Caruana Galizia u Borg Cardona, l-istrategisti tal-PN nhar it-Tlieta ippruvaw jaghmlu uzu anki mill-ahbarijiet tal-PBS.Nhar il-Gimgha imbaghad kien ippublikat fil-gurnal The Times artiklu tal-Ministru Dolores Cristina, il-Ministru responsabbli miz-zghazagh, li fih din harget tiddikjara ruhha assolutament favur il-proposta ta’ Joseph Muscat li l-età tal-vot fl-elezzjonijiet lokali tinzel ghal 16. Dan l-artiklu kien mahsub biss biex tissewwa l-hsara li saret lill-PN bl-attakki ta' Caruana Galizia u ta' Borg Cradona, wara li l-kitbiet ta' dawn kienu interpretati minn hafna zghazagh bhala nuqqas ta’ fiducja fihom minn naha tal-PN.Madankollu anki l-artiklu tal-Ministru Cristina kompla hareg fil-berah ir-reazzjoni konfuza tal-PN ghall-proposta ta' Joseph Muscat. U dan ghaliex waqt li Dolores Cristina kitbet li l-proposta tal-Mexxej Laburista minghajr dubju se tkun taghmel parti mir-riforma li l-gvern Nazzjonalista qed ihejji fix-xhur li gejjin ghall-Kunsilli Lokali, mhux l-istess kienu kkwotati jghidu sorsi qrib il-gvern Nazzjonalista fl-ahbarijiet tal-PBS ta' nhar it-Tlieta.Ghall-kuntrarju l-PBS ikkwota lil dawn is-sorsi jghidu li l-proposta biex l-età tal-vot ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tinzel ghal 16-il sena ma kinitx mal-hafna proposti li l-gvern ircieva ghar-riforma tal-Kunsilli Lokali. KullHadd huwa informat li fil-verità originarjament il-gvern Nazzjonalista ma kellu ebda hsieb li fir-riforma tal-Kunsilli Lokali jitkellem dwar l-età tal-vot, izda jidher li issa qed jikkunsidra li jiccaqlaq b’rizultat tal-proposta tal-Mexxej Laburista.Osservaturi li tkellmu ma’ KullHadd qalu li dan kollu huwa konferma ohra ta’ kemm il-PN jinsab b’dahru mal-hajt quddiem din l-ahhar proposta tal-Mexxej Laburista. L-istess osservaturi sostnew li ghal darba ohra jidher car li l-istrategisti tal-Partit Nazzjonalista ghadhom ma jistghux isibu tarf ta’ l-attitudni pozittiva li qed jixmi biha Joseph Muscat, li b'semplici artiklu f'The Times qabad lill-imhuh tal-PN fuq sieq wahda

1 comment:

Anonymous said...

dawn tal pn bil kori tal angli, trumbetti, fanfarri, u dawk li taqbadhom biza enormi qrib kull elezzjoni li jitla partit laburista ,iridu jtuna x nifhmu li li l pn irid ICAHHAD lil dawk iz zghazah li ghandhom sittax il sena li jivvutaw ghall anqas bi prova. sinjuri 'altissimi' mela t tfal ta 16 il sena tajbin biss biex timlew il palk matul il kampanja elettorali? ghalissa nistaqsu, dalwaqt naslu ghal konkluzjonijiet.