Ic-cirku ristrett fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qieghed ikompli bl-isforzi tieghu biex fl-elezzjoni li jmiss tal-Parlament Ewropew David Casa, ma jergax ikun elett.
Kif bosta setghu jinnotaw, dan qieghed isir billi Casa ma jinghatax hafna spazzju fil-midja la Nazzjonalista u lanqas dik indipendenti. Fl-istess qaqt qieghed isir kull sforz biex f’kull entità governattiva tigri l-kelma “li dan m’ghamel xejn u mhux ta’ sustanza”.
Il-pass li qieghed jiehdu dan ic-cirku ristrett bhalissa huwa dak li jintghazlu kandidati li jaghtu sfida iebsa lil Casa, u li jgawdu l-iktar appogg fost l-iktar Nazzjonalisti akkaniti u partiggjani (hardcore Nazzjonalisti).
KullHadd jista’ jizvela li persuna ohra li hemm cans kbir li jkollha isimha fost il-kandidati li se jikkontestaw din l-elezzjoni huwa l-eks Ministru u deputat Nazzjonalista, Michael Frendo li tul is-snin inghata spazju kbir fil-midja Nazzjonalista.
Dan il-gurnal jinsab infurmat li Michael Frendo ma kellux il-hsieb li jhabbar minn issa l-kandidatura tieghu ghal dawn l-elezzjonijiet. Minkejja dan kanvassers tieghu fid-disa’ u l-ghaxar distrett hassew li ghandhom jibdew jaghtu indikazzjoni dwar dan wara li iktar kmieni din il-gimgha sar maghruf li anke Francis Zammit Dimech qieghed ikun imheggeg jikkontesta. Ghalkemm f’gurnali lokali l-eks Ministru tat-Turizmu pprova jaghti x’jifhem li mhux se jikkontesta, l-imkejjen taghna fid-Dar Çentrali komplew isostnu li isem Francis Zammit Dimech jista’ jkun fil-lista f’kaz li c-cirku ristrett ta’ tmexxija jibqa’ jinsisti.
L-istess imkejjen sostnew li l-interess ta’ Frendo m’huwiex wiehed sorpriza. Dan minhabba l-fatt li din m’hix l-ewwel darba li wera interess li jhalli l-politika Maltija biex jahdem fix-xena internazzjonali.
Fil-fatt f’Novembru li ghadda Frendo kien ghamel sforz kbir biex ikun elett segretarju generali tal-Commonwealth: kariga li kieku rebah kienet tfisser li ried icedi l-post tieghu fil-parlament Malti.
Dak in-nhar Frendo gietu hazina u issa qieghed jittama li jgawdi mill-isforz li qieghed isir biex jinqala’ David Casa minn Brussel u b’hekk jinghata palata bhal Simon Busutill u Rudolph Cini.
Fil-fatt minn barra Simon Busutill, li bhal ma kien mistenni se jkun l-iktar wiehed imbuttat mill-makna Nazzjonalista hemm ukoll Rudolph Cini li se jkun moghti prominenza mill-makna f’Tal Pietà, b’gurnalist partikolari fil-kamra ta’ l-ahbarijiet jghinu aktar minn haddiehor.
Fl-istess hin li ghaddej dan kollu fil-Partit Nazzjonalista kompliet issir pressjoni biex dawk li xtaqu biex l-ghazla tkun wahda miftuha u b’konsultazzjoni ma’ l-istrutturi kollha tal-partit jieqfu darba ghal dejjem jimbuttaw din l-idea.
Dan ghax kif ikkonfermat ma’ One News ftit tal-jiem ilu, ic-cirku ristrett fil-Partit Nazzjonalista jrid li jerga’ jkun hu li jaghzel il-kandidati biex jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet.
Fil-fatt bis-Segretarju Generali Paul Borg Olivier ftit li xejn qieghed jinghata spazju f’dan il-process, il-kuntatti digà bdew biex jintghazlu n-nies tal-qalba. In-nies f’dan ic-cirku ristrett qeghdin javvicinaw kandidati li mhux biss ikunu kuntenti bihom huma izda li ghandhom ukoll il-potenzjal li jdghajjfu kemm jistghu c-cansijiet li David Casa jkun elett ghal darb’ohra fil-Parlament Ewropew.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
7 comments:
Mhux ta' b'xejn iridu jnehhu l-Casa n-Nazzjonalisti ghax kien l-inqas MEP li ghamel success fil-parlament ewropew.
mhux kustjoni ta success, kustjoni ta ipokrezzija kbira minn naha tieghu. saqsu l-patrick attard tal-Alternattiva.
jidher li l-pn se jiehu dawn l-elezzjonijiet bis-serjeta ghax diga qisu qieghed f'kampanja elettorali.
Il-partit laburista jrid jibda jiffoka fuq dawn.
nahseb il-partit laburista ghandu lista tajba bizejjed wkoll mill-ismijiet li qeghdin nisimghu
Ghalkemm ghadni kif qraj li frendo mhux se jkun qieghed jikkontesta ghall-MEP, xorta wahda jidher car il-manuvri li qeghdin isiru biex itajru lil David Casa. Dan ta' l-ahhar smajt ukoll li persuna gholja fil-PN li ghandha tendenzi omosesswali, wkoll qieghda tahdem kontrih bil-pulit ghal mod kif dan gab ruhu fil-Parlament Ewropew meta vvota kontra legislazzjoni ewropea li kellha l-ghan li tiggieled l-omofobija.
kos kullhadd b xortieh ghax busuttil ta gonzi, nghidulu champion (hadd ma qalilna ta xiex) u nies ohra fi hdanhom stess bl istalletti wara darhom.lezzjoni wahda jrid jiehu l mlp, li ta gewwa jibqa gewwa bhal tal pn.ma tkunx taf bill gwerer li jkunu ghaddejjin.kullhadd jaqbel li l aqwa kien joseph muscat.
Gonzi jrid li MLP jagħtih fuq platt tad-deheb il-pairing fil-Parlament; mingħajru ma jistgħax jiggverna. Fiċ-ċirkostanzi preżenti ma jidħirx li jinħtieġ il-pairing. Il-Pairing irid jaħdem miżż-żewġ naħħiet.
Il-promozzjonjiet li nagħtaw dan l-aħħar huma prova ċara li il P.N. ma jiridhux jimxu bil-"fair".
Mħux ħekk biss, il-mod kif qed jiggverna qed jagħmel ħsra lil-pajjiż. Għalhekk aktar ma Malta teħles malajr mnill-kankru Nazzjonalista aktar aħjar.
Jekk jingħataw il-pairing jibqgħu hemm sa l-aħħar. Jekk ma jingħatax allura l-gvern jibqa mdendel u ma'l-ewwel okkażjoni jitwarrab darba għal dejjem. Nkunu nistgħu ngħidu fl-istorja ta'Malta "li darba kien hawn partit Nazzjonalista".
Post a Comment