Sunday, August 24, 2008
Il-mara maqbuda f'gisem ta' ragel
Sa ftit zmien ilu li ragel jilbes ta’ mara jew li mara tilbes ta’ ragel kienet xi haga ta’ barra minn hawn. Maz-zmien bil-mod il-mod din bdiet tindara u tigi accettata mis-socjetà, l-istess ukoll hawn f’Malta. Fil-fatt illum il-gurnata m’ghadux aktar dak iz-zmien fejn l-irgiel jilbsu ta’ nisa jinhbew u ma jithalltux mas-socjetà. Anzi ghall-kuntrarju dawn illum saru jghixu hajja normali jew almenu kwazi normali bhall-kumplament tan-nies l-ohra.
Ghazilt li nitkellem ma’ Maxine Attard - transesswali ta’ 25 sena u li dan l-ahhar qed tghix Marsascala. Maxine hija persuna single u ma tahdimx. L-isem Maxine mhux l-isem proprju li twieldet bih. Ghalkemm ma riditx ittini informazzjoni ta’ x’inhu isimha fil-verità, xorta wahda rrispettajt id-decizjoni taghha. Kif spjegatli hi stess hija tiddeskrivi ruhha bhala mara maqbuda go gisem ta’ ragel li xi minn daqqiet ma tkunx tista’ tesprimi l-vera karattru taghha dak li veru hu!!!
Maxine qaltli li minn dejjem kienet thoss li hi mhux verament tifel kif fil-verità twieldet. Sa certu punt kienet thossha l-istess kif ihossuhom il-bniet.
“Qabel kont nghid li jien gay, imma xorta kont inhoss li hemm xi haga nieqsa u wara rrealizzajt li jiena transesswali”, bdiet tesprimi ruhha Maxine.
Aqra l-intervista kollha fuq
http://www.kullhadd.com/?task=2§id=&articleid=11857
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
6 comments:
naghti kurragg lil din il-mara. kulhadd ghandu jkollu d-dritt u l-kurragg li jghix it-tip ta' hajja li jrid
naqbel perfettament mieghek. jien konvint li bhal maxine hawn hafna ohrajn li jinsabu fil-pozizzjoni taghha u lkoll kemm ahna ghandna naghtu l-appogg taghna lil persuni bhala. Mill-intervista stajt nifhem li Maxine ghandha karattru sod. Taf xi trid f'hajjitha. Taf fejn trid tasal. Il-holma li tghid li ghandha mhix facli ghax bosta jafu li l-interventi kirurgiku li trid taghmel jiswa eluf kbar ta' lira. fil-prezent il-pozizzjoni ta' Maxine hija ftit difficli ghax bla impjieg. Minn hawn nappella biex is-sidien tal-kumpaniji li din it-tfajla tmur tapplika ghax-xoghol maghha ma jiddiskriminawx. m'ghandix dubju li jekk tinghata l-opportunita' ta' impjieg se taghmel hilietha biex taghti l-ahjar li tista' lil min ihaddimha. b'dan il-mod Maxine tkun tista' 'l quddiem twettaq il-holma taghha. minn hawn intenni l-appell tieghi u fl-istess waqt nifrah lil gurnal KullHadd ghal mod kif ipprezenta din l-intervista u ghal vuci li qieghed jaghti lil min hu ddiskriminat f'pajjizna.
Is-solidarjeta' tieghi tmur ghal din il-mara.
Kulhadd ghandu dritt ghal-hajtu u hadd m'ghandu dritt jiggudika lil hadd.
Nifhem il-problemi li ghaddejja minnha din il-persuna, izda personlment ma naqbilx li din hija mara. Jien ghalija l-istat m'ghandu qatt jirrikonoxxiha bhala mara jekk twieldet ragel. Kienet decizjoni taghha li tibda tilbes ta' mara u mhux aktar ta' ragel. Ma nistax nifhem kif issa tippretendi li nsejhulha mara meta ghandha kollox ta' ragel. Taghmel x'taghmel hija taf li qatt ma tista' tipprokrea tfal u ghalhekk xorta ma tistax tissejjah mara. Jiddispacini kelli nkun kategorika b'dan il-mod, izda ma jistax ikun li nkomplu naccettaw dawn l-affarijiet qisu xejn mhu xejn.
Maria Saliba
Marija, interessanti hafna li ghalkemm ghedt li ma taqbilx li l-istat ghandu jirrikonoxxiha bhala mara, forsi minghajr ma ntbaht irriferejt kull darba ghaliha bhala mara!
Minn hawn nheggeg lil Maxine biex tkompli ghaddejja u tikseb il-holma li tant tixtieq.
Marco Mifsud
Ilu snin li ltaqjt ma' mara ohra bhal Maxine. Minn dak in-nhar il hawn ghaddew 30 sena. Dak iz-zmien hadd ma kien jobsor li fostna kellna persuna bhalha. Nghid is-sewwa konna nirreferu ghalihom ukoll bhala persuni handikappati ghax ukoll ma kinux f'dak li s-socjeta kienet tqies bhala li hu normali. Illum din il-mara kibret bhali u sirt naf li rnexxielha tirrealizza l-holma li ghandha Maxine.Ghamlet l-operazzjoni tas-sex change. Illum din il-persuna thossha mara kuntenta, li f'hajjitha rnexxielha teghleb l-ikbar ostaklu ta' hajjitha, anki jekk b'sagrificcji kbar. Irnexxiet ukoll f'xogholha ghax sabet lil min jafdaha, jaghtiha l-appogg. Hi rrikonoxxiet lil min ghena u tatu l-200 fil-mija. Maxine dak li qed tara ikrah illum jaf jinbidel mil-lejl ghan-nhar. Ghad issib persuna li jhobbok u jistmak u jkun jiddependi minnek kemm izzomm din il-persuna fi qribek.
Post a Comment