Sunday, August 31, 2008



Is-sussidju ghal tal-mejtin midfun?



Is-sidien tal-kumpaniji tal-karrijiet tal-mejtin ghadhom ma nghatawx centezmu mis-sussidju li l-Ministru Austin Gatt wieghdhom biex isoddilhom halqhom f'nofs l-istrajk tat-trasport pubbliku sitt gimghat ilu.Is-sussidju ta' €230,000 minn bwiet il-Maltin li kien imwieghed minn Gatt, kien bizzejjed biex fired lill-ghaqdiet tat-trasport pubbliku u wassal biex twaqqaf l-istrajk.


Izda minn stharrig li ghamel Kullhadd irrizulta li xahar u nofs wara li ntlahaq dan il-ftehim, il-hlas ghadu ma harigx, bil-probabiltĂ  tkun li l-weghda ta’ Gatt tista’ tkun midfuna.Minn informazzjoni li ghandha din il-gazzetta jidher li kienet il-Kummissjoni Ewropea li waqqfet il-process hesrem minhabba li qieghda tevalwa jekk dan is-sussidju huwiex ta’ xkiel ghall-kompetizzjoni gusta skont ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.I


l-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Karrijiet tal-Mejtin John Bray, il-Gimgha kkonferma ma' Kullhadd li s-sussidju ghadu sal-lum il-gurnata ma nghatalhomx.Meta mistoqsi jekk ircevewx is-somma ta' €230,000 imwieghda mill-gvern, Bray qal: “Le, s'issa ghad xejn. Il-gimgha d-diehla se nkun qieghed nitkellem (mal-gvern) biex nara x’gara biex dan il-hlas ghadu ma ghaddiex.”


Ara aktar fuq www.kullhadd.com

4 comments:

Anonymous said...

Nixtieq inkun naf x'se tkun ir-reazzjoni tal-President tal-Hearse issa li se jghidulu li s-sussidju ma jistax jinghataw minhabba l-UE. Permezz ta' din l-istorja stajt nifhem ferm aktar minn qatt qabel li mill-istrajk li pparalizza lill-pajjiz ghal erbat ijiem shah, ma ssolva xejn u KOLLOX BAQA' KIF KIEN. Il-konsumatur baqa' bis-servizz li kellu qabel l-istrajk u ma sehhet l-ebda rivoluzzjoni fis-settur tat-trasport pubbliku hekk kif il-ministru Austin Gatt ipprova jaghtina x'nifhmu.

Sewwieq...mhux tal-mejtin!

Anonymous said...

Bqajt ftit inbellah naqra dan l-artiklu. F'parti minnu l-ministru Austin Gatt qal ma' gurnal iehor li s-sussidju diga nghata. Mela jekk dan is-sussidju qal li nghata, kif Bray qal maghkom tal-KullHadd li dawn ghadhom ma hadux? X'gara, jista' jilluminana ftit Austin Gatt ghax sa fejn naf jien ghadu ma hareg jghid xejn dwar dan. Mela fejn jaqbillu hu johrog iwiegeb u minghalih jizzufjetta bin-nies...

Marvic Spiteri

Anonymous said...

Naqbel miek habib. fejn qeghdin il-240,000 ewro li qal li tahom u li setghu jaghmlu bihom li jridu? Halliha li jien ma qbiltx li dan kellhom jaghtihom dawn il-flus mit-taxxi taghna biex “jifthu” s-suq, imma xorta stramba hafna kif wara dawn il-gimghat kollha dawn baqghu minghajr is-sussidju mwieghed.

Anonymous said...

austin gatt minghalih li ghamel xi haga kbira f'nofs is-sajf. li naf zgur hu li pajjizna waqaf ghal erbat ijiem shah u kollox baqa' kif kien. Anzi, niskuza ruhi, li naf hu li jien bhala missier se jkolli nhallas 15 fil-mija aktar biex nibghat lil uliedi l-iskola minn ottubru li gej. Dik LIBERALIZZAZZJONI Austin!