Sunday, August 3, 2008
Il-mewta tragika ta’ Gabriel ma swiet ghalxejn
Tliet xhur mit-tragedja ta’ Gabriel, it-tifel ta’ sentejn u ghaxar xhur li tilef hajtu konsegwenza ta’ xaft li thalla mikxuf fir-rahal ta’ Haz-Zebbug, ma swew ghalxejn biex tittiehed azzjoni u jitnehha l-periklu li swielu hajtu.
F’intervista mal-gurnalista ta’ One News, Wendy Borg, il-genituri ta’ Gabriel, Vannessa u Joseph Aguis, irrakkontaw l-aghar esperjenza ta’ hajjithom. Esperjenza qarsa li swiethom hajjet binhom u li se tibqa’ fil-memorja taghhom tul hajjithom.
Minn dak il-jum tas-16 ta’ April li ghadda, ghaddew aktar minn tliet xhur, izda sal-lum ghadha ma ttiehdet l-ebda azzjoni biex ix-xaft li waqa’ fih it-tifel wahdieni tal-familja Aguis, jinghalaq u jelimina darba ghal dejjem il-periklu li sewa hajjet ic-ckejken taghhom.
Kliem Vannessa jixhed l-ghozza kbira li kellhom lejh u r-rakkont taghha tal-mod li bih sehh l-incident fatali jhallik imrieghed.
Gabriel kien ghad kellu biss sentejn u ghaxar xhur meta f’tebqa t’ghajn spicca mejjet wara li waqa’ ghall-isfel minn go xaft gholi sular.
Aqra l-kumplament ta' l-istorja fuq www.kullhadd.com u halli l-kummenti tieghek f'dan il-blog.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
3 comments:
Dan il-pajjiz tal-misthija kif hadd ma jerfa' r-responsabbilità tieghu. issa lanqas mewt ta' tarbija innocenti ma kienet bizejjed biex gibdet l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet. isthu
Tal misthija kif fis sena 2008 ma tehdic azzjoni Il gvern u l awtoritajiet ghandhom jiehdu azzjoni medjata qabel ma jkun tard wisq
Il-media ghandha sservi biex tingibed l-attenzjoni dwar affarijiet bhal dawn u mhux biss sempliciment isservi forcina ta’ partit jew iehor. Il-media ghandha l-irwol li teduka u li tahdem biex l-affarijiet jinbidlu ghall-ahjar
Post a Comment