Friday, July 18, 2008

Hallewhom jitnawru


Dak li fuq is-sit elettroniku ewlieni ta’ l-Awtorità Maltija ghat-Turizmu huwa mfisser bhala wirt storiku mill-aktar ippriservat, huwa fil-fatt illum mitluq u bi htiega urgenti li jigi rrestawrat.

Qeghdin nirreferu ghall-fortifikazzjonijiet maghrufa bhala l-Victoria Lines, mibnija mill-Inglizi fl-1872 bl-iskop li jiddefendu n-nofsinhar ta’ Malta f’kaz ta’ attakk mit-Tramuntana.

KullHadd ha l-parir moghti lit-turisti fuq is-sit elettroniku ta’ l-MTA www.visitmalta.com u mar izur il-Victoria Lines - imfissra bhala “fortifikazzjonjiet li jinsabu fuq medda t’art li hija post eccellenti ghall-mixi.” Skond l-MTA l-iktar sezzjoni li hija ppriservata tajjeb hija dik ta’ d-Dwejra.

Izda tul il-mixja li ghamilna din il-gimgha f’dik is-sezzjoni li skond l-awtoritajiet hija l-aktar priservata, stajna ninnotaw li dan il-wirt storiku qieghed f’periklu serju li jintilef.

Hitan imgarrfa, passaggi mill-isbah imhaffra fil-fortifikazzjonijiet u mhazen li fihom kienu jitqieghdu l-armi u l-munizzjon mis-suldati InglizI, jinsabu llum f’qaghda mwieghra u ghal kollox abbandunati. Sitwazzjoni ferm ‘il boghod mill-impressjoni li persuna tista’ tinghata bis-sentenza mqieghda fuq is-sit ta’ l-awtorità tat-turizmu.

L-isfregju li ma sehhx bl-attakki ta’ l-ghadu mit-Tramuntana tal-pajjiz, sehh tul snin ta’ indifferenza minn awtoritajiet li kellhom ir-responsabblità li jharsu dan il-patrimonju nazzjonali.

Tul il-mixja taghna mal-Victoria Lines fid-Dwejra, post li facilment jista’ jinbidel f’park nazzjonali u attrazzjoni turistika ewlenija, iltqajna ma’ dak kollu li bla dubju ma ssibx f’pajjizi fejn il-harsien kulturali ghandu l-attenzjoni li tixraqlu. Minghajr ma niggeneralizzaw, it-toroq tal-kampanja huma kollha fi stat dizastruz. Bla dubju jaghmlu minn din il-mixja wahda perikoluza ghal vizitaturi u ta’ inkonvenjent ghal min jaghzel li jidhol bil-vettura.

Apparti dan, wiehed jista’ jinnota li l-kmamar li jaghmlu parti mill-fortifikazzjonijiet saru llum “proprjetà” maghluqa tal-privat minflok konvertiti fi swali ghal vizitaturi. Sahansitra f’certu kazi saru tibdiliet fl-istrutturi mibnija li ma kkumplimentaw xejn tajjeb mal-binjiet originali.

5 comments:

Charmaine said...

Dan huwa kaz minn hafna. Ejja nibzghu ghall-wirt taghna ghax la darba jintilef ma jigix lura.

Anonymous said...

Wasal iz-zmien li l-wirt storiku jsir priorita'

Anonymous said...

X'misthija !!

Anonymous said...

Dan hu ezempju iehor ta' gvern giddieb. Forsi tghiduli thallatx il-politika ma' l-ambjent. Imma kif tista' taghmel hekk, nixtieq kieku, imma anki meta taqra dan l-artiklu ssib li dak li jghid il-gvern fuq il-website tat-turizmu ma jaqbel xejn ma li sabu l-gurnalisti taghna fid-Dwejra. Bhal dan l-ezempju hemm hafna ohra f'kull suggett allura l-konkluzjoni hija li l-gvern jigdeb b'mod sistematiku u mhux ta' min jafdah. Jien ma nafdax lil min anki jigdeb darba biss ahseb u ara lil min jigdeb ma' kull nifs li jiehu.
GODDY

Anonymous said...

Tat-Tarzna ghandhom ragun. Il- Prim Ministru Gonzi, ghamel weghdiet solenni qabel l-elezzjoni u issa jrid izommhom. Hekk titlob l-irgulija. Jekk ma' jsirx hekk, ikun ezempju iehor kif in-Nazzjonalisti jaslu biex jingannaw lil kulhadd biex jzommu l-poter. Ja' poplu gwejjed, kemm se ddum mazzun u thalli min jinqeghda bik!!!