Wednesday, July 30, 2008

20 sena jitmejlu bija


Victor Portelli, missier ta’ 41 sena thalla jghix ghal 20 sena shah f’binja kkundannata fl-Isla u li minn hin ghal iehor jaf jibqa’ mirdum tahtha.

Ma’ KullHadd Victor tkellem din il-gimgha dwar il-weghdi li sarulu tul is-snin minn bosta ministeri u awtoritajiet tal-gvern, sahansitra minn Lawrence Gonzi meta kien ghadu vici prim ministru u ministru ghall-politika socjali.

Victor sostna li hu bniedem ta’ fehma Nazzjonalista u tul dawn l-ahhar snin segwa mill-qrib il-mod li bih tqassmu ghadd ta’ postijiet fil-Kottonera.

B’mod partikolari rrefera ghal Charmaine Gerada, wahda mill-kanvasers ewlenin ta’ Lawrence Gonzi man-nies fil-Kottonera, u persuna ohra fil-kumitat Nazzjonalista tal-kazin ta’ l-Isla.

Qabel l-elezzjoni Gerada ntghazlet biex taghti pariri f’laqgha li matulha tqassmu 22 post f’isem id-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Socjali.

Fi zjara li ghamel dan il-gurnal f’dar Victor fi Triq San Guzepp, l-Isla, Victor uriena l-periklu li qieghed jghix fih ta’ kuljum.

Huwa jghix wahdu fi blokka ta’ erba’ appartamenti, ilkoll ikkundannati mill-periti tal-gvern. Huwa sostna li kienu bosta l-periti li zaru l-binja u lkoll sostnew li din ma tistax tibqa’ post ta’ abitazzjoni sakemm isiru t-tiswijiet mehtiega.

Matul iz-zjara taghna, Victor li jghix fit-tieni pjan, tellghana fit-tielet u r-raba’ sular fejn stajna nifhmu ahjar it-thassib tieghu u r-raguni ghalfejn baghat lil bintu tghix ma’ qraba tal-familja.

Il-konsenturi mal-hitan huma wiesgha mhux ftit u sahansitra tfaccaw ukoll konsenturi fl-art.

Aqra l-istorja fuq www.kullhadd.com u kkumenta fuq dan il-blog

5 comments:

Anonymous said...

possibbli li f'dan il-pajjiz ghad ghandna nies jghixu f'dawn il-kundizzjonijiet. Dan meta niftahru tant li l-kwalita tal-ghixien tal-maltin kibret bil-kbir matul dawn l-ahhar snin..fejn hi l-awtorita tad-djar biex thares hajjet dawn in-nies jew qieghda hemm biss biex twaqqaf l-iskemi li l-gvern wieghed qabel l-elezzjoni???

Anonymous said...

jien noqghod lisla u naf sew x'ried ifisser victor meta qal kif tqassmu l-postijiet qabel l-elezzjoni...nahseb lawrence gonzi jaf ukoll x'ried jghid victor..tghid se johrog iwiegbu dwar dak li qal jew dan jaf jikxiflu ghawwaru fuq kif u come nghataw il-postijiet? Tghid min hi dik il-persuna li tpoggi l-kazin Nazzjonalista ta' l-Isla...ta' min tindagaw sew fuq din l-istorja u taraw x'hemm ezatt warajha....

Anonymous said...

lisla hemm familja kollox huma jadattaw

anke nies persuni wehidom tawhom post ta familja bit 3 kmamar tas sodda biex jivvottaw pn

Anonymous said...

siehbi jien nissuggerilek taghmel kuntatt ma' tal-Kullhadd u kellimhom privatament dwar dan ha jkun jistaw jicekjaw uma....

NEVILLE said...

Din ir-ruh socjali li ghandu dan il-gvern li ilu 20 sena jipriedka r-ruh socjali?
Tal-misthija m'hemmx xi tghid'
Nispera li nies bhal das-sinjur jindunaw li l-PN mhux il-partit tan-nies tax-xoghol bhalu w bhalna.